Internazzjonali – Page 371 – One News

Notifiki

FILMAT: imkaxkar ‘il barra mill-ajruplan

Raġel kien imneħħi b’mod vjolenti min uffiċjali tal-avjazzjoni f’titjira tal-United Airlines fl-ajruport internazzjonali ta’ Chicago O’Hare. Kif jidher fil-filmat, il-passiġġier ġie mkaxkar l-barra.

Fi stqarrija l-linja tal-ajru qalet li fit-titjira skedata kien hemm overbooking u ħadd ma ried iħalli l-ajruplan b’mod volontarju. Għalekk intagħżlu erba’ passiġġieri u ntalbu jitilqu.  Però kien hemm passiġġier li ma riedx iħalli postu. Biex dan il-passiġġier jitlaq, intalbet l-assistenza tal-uffiċċjali tal-avjazzjoni u kaxrkru l-passiġġier ‘il barra.

Id-dipartiment tal-avjazzjoni ta’ Chicago ħareġ stqarrija li l-uffiċjal li kaxkar lir-raġel il-barra mill-ajruplan intqiegħed fuq leave sakhemm jagħmlu l-istħarriġ tagħhom.

Aqra aktar

TRAĠEDJA: jidħol fi klassi ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali, joqtol lill-eks martu u tifel ta’ tmien snin

Żewġ adulti u tifel mietu waqt sparaturi fi skola primarja f’San Bernardino, California.

L-agressur spara tiri lejn u qatel lill-eks martu, li kienet għalliema. Hu u jagħmel dan, darab żewġt’itfal li kienu wara l-mara, b’konsegwenza li wieħed minnhom miet minħabba l-feriti. Dan huwa ċ-ċkejken Jonathan Martinez, ta’ tmien snin. Wara, r-raġel spara lejh innifsu. Aqra aktar

Siti onlajn magħrufa mal-Maltin ibiegħu fur oriġinali bħala falz

Sky News qed jirrapporta li nstabu erba’ tipi ta’ pil tal-annimali li qed jinbiegħ minn ħwienet bħala faux fur minkejja li jkun oriġinali.

Espert tal-fibri identifika żraben u ingwanti fost oħrajn li qed jinbiegħu bħala oġġetti li ma ntużax pil ta’ annimali biex ġew magħmula meta fil-verità l-pil huwa reali.

Ir-renju Unit ma jippermettiex li l-pil ta’ annimali bħal dak tal-fniek jintuża biex isiru aċċessorji tal-moda, fost oħrajn, iżda dan il-pil xorta waħda qed isib mod kif jiddaħħal fir-Renju Unit mill-Asja u qed jinbiegħ bħala materjal sintetiku.

Aqra aktar

Moda ġdida – togħġbok jew le?

BOXERS: l-irġiel għamlu ħabta l-ħin kollu jiġru bihom. Mhux għax għandhom jiġru mingħajrhom, imma ħafna jargumentaw li ħwejjeġ ta’ taħt m’għandhomx ikunu hemm biex wieħed jarahom; għandhom jibqgħu ‘ta’ taħt’.

Għamel ħabta moda l-qalziet baxx bil-faxx tal-boxers jidher, ġeneralment ta’ xi ditta. Ħafna għadhom isegwu din il-moda, mhux għax jifmhu wisq fl-haute couture imma għax ma jarawx bżonn ċintorin jew ħajjat tajjeb.

S’issa ma kinitx moda li qabdet sew man-nisa. Għalkemm ċfuf, spag u żigarelli rajna bil-bosta, boxers ftit li xejn.

Aqra aktar

Tensjoni li qed tiggrava; ir-Russja u l-Iran iwissu lil Trump

Ir-Russja u l-Iran wissew lill-President Amerikan Donald Trump li se jirritaljaw b’azzjoni militari jekk inieidi aktar attakki fuq is-Sirja. It-theddeida saret hekk kif qalu li Trump qasam il-linji ħomor metaforiċi, meta bbombardja l-forzi ta’ Bashar al-Assad bil-missili. L-ambaxxata Russa f’Londra wissiet nhar il-Ħadd filgħaxija li jista’ jkun hemm gwerra ta’ vera jekk Moska tintalab ultimatum fuq is-Sirja. Dan fl-istess waqt li s-Segretarju Ingliż għall-Affarijiet Barranin, Boris Johnson, se jaħdem biex ikunu imposti sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja jekk ma tirtirax l-appoġġ lejn Assad.

F’laqgħa tal-pajjiżi parti mill-G7 fl-Italja, Johnson misteni jkompli jitfa pressjoni fuq Moska u jipprova jiżola lir-Russja mill-komunità internazzjonali. Is-Segretarju Ingliż responsabbli mid-difiża Michael Fallon qal li r-Russja hija responsabbli minn kull mewt ċivili li Assad qed ikkaġuna fuq il-poplu tiegħu stess.

AĠĠORNAT: Kien se jiġi deportat u jissimpatizza mal-ISIS

Is-suspettat wara l-attakk bi trakk fi Stokkolma kien qed jiġi proċessat biex ikun deportat kien jissimpatizza mal-ISIS. L-applikazzjoni għal residenza ġiet rrifjutata f’Ġunju tas-sena li għaddiet u kien qed jiġi mfittex minn uffiċjali tal-immigrazzjoni.
Fl-istess waqt, it-tieni suspettat tpoġġa taħt arrest formali. S’issa erba’ persuni huma konfermati mejta riżultat tal-attakk, fosthom żewġ Żvediżi, Ingliż u Belġjan. Ħmistax-il persuna oħra kienu kkonfermati midruba.

Aqra aktar

Send this to a friend