Internazzjonali – Page 369 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Joħroġ fil-beraħ filmat tal-attakk li sar fl-ajruport ta’ Pariġi

Filmati li ttieħed minn kamera tas-sigurtà juri suspettat estremist Islamiku fl-ajruport Orly f’Pariġi, jaqbad suldat minn wara, wara li waddab baskett tax-xiri mal-art biex jiddevja l-attenzjoni tagħha minn fuqu.

Il-filmat li ttieħed is-Sibt li għadda waqt l-istess attakk, juri lill-aggressur jaqbad lis-suldat minn spallejha hekk kif fl-istess ħin wieħed mill-kollegi tagħha kien biss ftit passi ‘il bogħod minnha.

Aqra aktar

Fid-29 ta’ Marzu tibda t-triq ‘il barra għar-Renju Unit

Se jkun fid-29 ta’ Marzu li r-Renju Unit jitlob li jidħol fis-seħħ Artiklu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li jarah jibda t-triq biex ma jibqax membru. 

r-rappreżentant permanenti tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, Sir Tim Barrow, informa b’dan lill-Unjoni Ewropea t-Tnejn filgħodu fejn qal li wieħed għandu jistenna l-ittra ta’ May f’dik id-data. Jidher li qabel tibgħat l-ittra May trid tmur l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja. 

David Davis, li fil-Kabinett ta’ May huwa responsabbli minn Brexit, qal li dawn se jkunu l-iktar negozjati importanti għall-pajjiż f’ġenerazzjoni.

Qabel inqatlet bi flixkun tal-birra, aktarx stuprawha grupp ta’ rġiel

Danielle McLaughlin, li nstabet mejta f’Goa, kienet stuprata minn grupp ta’ irġiel u maqtula permezz ta’ flixkun imkisser tal-birra. Dan qed jgħidu avukat tal-familja. Fi żvilupp drammatiku, kelliem għall-familja qal li s-suspettat ewlieni, Vikat Bhagat, ma setax wettaq il-qtil u l-istuprar waħdu. Bhagat, li għandu 23 sena, deher il-qorti fuq 20 akkuża separata. Huwa diġa ammetta l-qtil lill-Pulizija, u qal li qatilha wara li attenda festival u kien xurban. Ċaħad li stupra lit-tfajla ta’ 28 sena u qal li kienu f’relazzjoni każwali.

Aqra aktar

Minn omm u iben għal missier u bint

Għal aktar minn sentejn, missier u bint qasmu l-istorja tagħhom dwar kif bidlu s-sess minn omm u iben.

Eric Maison, li għandu 39 sena, beda t-transizzjoni b’mod soċjali biex jinbidel u jiġi ta’ sess maskili fis-sena 2015, dan wara li bintu Corey ta’ 15-il sena bdiet it-trattament tal-ormoni biex issir tfajla.

“Il-kuraġġ li għandha Corey għenitni biex naċċetta u noħroġ li jien transesswali,” qal Maison li hu residenti f’Michigan.

Aqra aktar

FILMAT: passiġġieri jitolbu flimkien għax jaħsbu li l-ajruplan se jiġġarraf

Min jibża’ mill-ajruplani aħjar ma jaqra xejn.

Madanakollu filmat ta’ passiġġieri jitolbu flimkien qed idur dawra sew mal-internet. Titjijra minn London Stansted kellha tagħmel inżul ta’ emerġenza f’Amsterdan, wara li l-Boeing 767 beda jitlef il-pressa fil-kabina u dawk abbord kellhom jilbsu l-maskli tal-ossiġnu sakem il-ajruplan niżel f’Schipol. Kellha tkun titjijra lejn Rzeszow, fil-Polonja, fejn ħafna minn dawk Lhudin abbord kellhom pellegrinaġġ pjanat. Fil-filmat jinstemgħu jkantaw qabel l-ajuplan jagħmel inżul ta’ emerġenza.

Aqra aktar

Send this to a friend