Internazzjonali – Page 368 – One News

Notifiki

Kim fuq koxxa, Kanye fuq koxxa oħra, u l-istilla kuntenta

Kim Kardshian tellgħat lil wieħed mill-ikbar segwaċi tagħha fis-seba’ sema. Dan il-bniedem għamel ritratt fuq Twitter, li permezz tiegħu juri tatoo ġdida ma’ koxxa minnhom b’isem Kanye West, ir-raġel ta’ Kim Kardashian. Din tal-aħħar hija popolari mmens…mhux eżatt għax għax għandha talent bħal ngħidu aħna żfin jew kant, imma għax ħajjitha dejjem fuq il-camera.

Isem Kanye issa ingħaqad maġenb il-koxxa l-oħra ta’ dan ir-raġel, li għal xi raġuni ħass li kellu jikteb KIM KARDASHAIN pjuttost kbira f’din il-parti ta’ ġismu. U biex iżżommu kuntent jew forsi għax vera ħadet gost tara isimha fuq koxxa ta’ bniedem ma tafux, Kim wieġbet hekk.

Aqra aktar

Putin IRRABJAT

Wara li l-Istati Uniti wettqu attakki bl-ajru fuq is-Sirja, wieġeb Vladimir Putin u sejjaħlu ‘att illegali ta’ agressjoni’ minn naħa tal-Amerikani.

Putin issospenda ftehim li permezz tiegħu kienu waqfu battalji fl-ajru ma’ fighter jets Amerikani fuq is-Sirja.

Il-President Russu wissa li dan il-pass ta’ Trump ikkaġuna ħsara kbira bejn Washington u Moska, liema relazzjoni diġa kienet ħażina ħafna.

F’Moska l-aħbar li l-Istati Uniti kienu se jwettqu attakk bl-ajru saret lill-awtoritajiet tletin minuta qiss qabel. Dan skont l-ambaxxatur Russu għan-Nazzjonijiet Magħquda. Trump qed jinsisti li ma kellux bżonn l-approvazzjoni Russa.

Storja li rrapportajna; ħajja li spiċċat fix-xejn

Ġimgħatejn ilu rrapportajna dwar il-mara Rumena Andreea Cristea, li spiċċat fix-xmara Thames waqt l-attakk terroristiku f’Westminster.

It-tfajla kienet qed tgawdi btala mal-għarus tgaħha, li kien bi ħsiebu jsaqsiha tiżżweġu.

Andreea ħalliet din id-dinja lbieraħ. Il-familja fi stqarrija qalet: “Wara ġimgħatejn u aktar tissielet, il-maħbuba tagħna Andreea, bint, oħt, partner, ħabiba u perusna unika li tant kienet tħobb il-ħajja, ittieħdet bl-aktar mod krudili minn qalbna u minn ħajjitna. Ittieħdet b’mod bla qalb u bla spirtu. Se tibqa mfakkra bħala raġġ ta’ dawl li dejjem se tibqa’ tiddi f’qalbna. Xejn m’hu se jsabbar il-vojt u l-uġigħ f’qalbna”.

Il-familja trid li l-flus li kienu deħlin bħala donazzjoni għall-fejqan ta’ Andreea jmorru għall-karità.

L-AMERKA TATTAKKA LURA MINN POST FIL-MEDITERRAN

L-Istati Uniti wettqu attakk bil-missilli kontra s-Sirja wara l-attakk bil-kimiċi li seħħ f’Belt maħtufa minn ribelli fil-provinċja Idlib.

Uffiċjali mill-Pentagon stess ikkonfermaw li 59 missilla Tomahawk ġew sparat ftit qabel il-ħamsa ta’ filgħodu, ħin Sirjan, minn post fil-Lvan tal-Mediterran.

F’indirizz televiżiv, il-President Amerikan Donald Trump qal li l-bażi li attakkaw hija l-post minn fejn tnieda l-attakk bil-kimiċi, iżda dan qed ikun miċħud mis-Sirja.

Għexieren ta’ persuni ċivili, inkluż tfal, mietu fl-atakk nhar it-Tlieta.

Mistenni jiżdied in-numru ta’ persuni li jmutu kawża tat-tipjip

Wieħed minn kull għaxar imwiet madwar id-dinja huwa kkawżat mit-tipjip. Dan skont studju maġġuri ġdid, li juri kif l-epidemija tat-tabakk għad fadlilha biex tintemm u li t-theddida għall-ħajja qed tkompli tinfirex.

Fl-2015 kien hemm kważi biljun persuna li tpejjep, minkejja l-ħafna policies fuq il-kontroll tat-tabakk addottati minn ħafna pajjiżi.Aqra aktar

Send this to a friend