Internazzjonali – Page 367 – One News

Notifiki

Meta Charles u Camilla ma setgħux iżommu d-daħk…

Kultant tiġri. Jkun mument serju, iżda ma tkunx tista’ żżomm id-daħk. Ħadd m’hu skansat minn din is-sitwazzjoni skomda, wisq inqas il-Prinċep Charles tal-Ingilterra u martu Camilla.

Ġratilhom waqt wirja tradizzjonal fil-Kanada, f’ċerimonja li laqathom f’Iqaliut. Dan it-tip ta’ “throat singing” huwa tradizzjoni u wieħed mhux suppost jidħak. Imma għamlu l-iżball li ħarsu lejn xulxin, u meta ltaqgħu għajn m’għajn, kien tard wisq!

Segwi l-filmat.

Aqra aktar

Il-Korea ta’ Fuq tgħid li l-missila li sparat kienet ta’ suċċess

Il-Korea ta’ Fuq qalet fi stqarijja dalgħodu li l-missila li ġiet sparata f’territorju Ġappuniż kienet ta’ suċċess.

Din hija l-ewwel darba li l-Korea ta’ Fuq stqarett li rnexxiela tispara missila li tista’ tasal sal-Amerka. Dan ġie mħabbar fuq stazzjon televiżiv ġewwa l-Korea ta’ Fuq.

Minħabba din l-istqarrija t-tensjoni internazzjonali mistenija tkompli tikber, speċjalment bejn il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Kong-un u l-President Amerikan Donald Trump.

Dan wara li Trump saħansitra avża lill-mexxeja Ċiniżi li l-Amerika tista’ tieħu azzjoni kontra l-Korea ta’ Fuq.

Tmintax mejta wara ħabta bejn xarabank u trakk

Tmintax-il persuna tilfu ħajjithom wara li x-xarabank li kienu fuqu ħabat ma’ trakk u nħakem min-nirien waqt li kien ghaddej fuq il-motorway A9 fin-Nofsinhar tal-Ġermanja.

Tletin persuna irnexxilhom jaħarbu min-nirien, iżda uħud minnhom jinsabu f’qagħda kritika. Ix-xarabank kien qed iġorr penzjonanti Ġermaniżi.

Aqra aktar

Tmienja midruba wara sparatura fi Franza

Tmien persuni sfaw feruti waqt sparatura quddiem moskea fin-Nofsinhar ta’ Franza.

Persuni li kienu ħerġin mill-moskea Arrahma f’Avignon kienu avviċinati minn żewġ suspettati għall-ħabta tal-22.30 tal-Ħadd ħin lokali. Mgħammra bil-pistoli, is-suspettati waslu fuq il-post b’vettura tat-tip Renault Clio, qabel ma fetħu n-nar fuq in-nies.

Aqra aktar

Imut Paolo Villaggio magħruf aktar bħala Fantozzi

Miet l-attur komiku Taljan Paolo Villaggio, magħruf l-aktar għal karattru li huwa magħruf sew magħna l-Maltin, dak ta’ Fantozzi. Villaggio miet f’Ruma fl-eta ta’ 84 sena, wara li qatta diversi jiem fil-Klinika Gemelli għall-kura.
Imwieled f’Genoa nhar it-30 ta’ Diċembru tal-1932, Villaggio kien jinterpreta l-parti ta’ karattri abbinati mal-kummiedja paradossa u grotteska, bħall-Professur Kranz, Giandomenico Fracchia u l-famuż accountant Ugo Fantozzi.

Aqra aktar

19-il persuna maqtula f’Damascus

Bomba suwiċida qatlet 19-il persuna wara li splodiet fil-kapital Sirjana, Damascus.

Il-Pulizija Sirjana kienu qed jiġru wara tliet vetturi li kienu suspettati li kien hemm persuni li se kienu se jisplodu lilhom infushom, waqt li kienu qed jippruvaw jaċċessaw il-kapital.

Wara ħafna sforzi l-Pulizija rnexxielhom iwaqqfu żewġ vetturi u jwaqqfu l-bombi milli jisplodu, iżda t-tielet sewwieq ħarab u sploda lilu nnifsu wara li daruh.

Tissejjaħ laqgħa t’emerġenza f’Pariġi

Il-Ministri għall-intern ta’ Franza, il-Ġermanja u l-Italja se jiltaqgħu f’Pariġi għal diskussjonijiet ta’ emerġenza wara li l-Italja wissiet li l-influss ta’ immigranti fil-pajjiż mhux sostenibbli. L-Italja qalet li se tagħlaq il-fruntieri u il-portijiet biex ma tilqax bastimenti tas-salvataġġ ġejjin mill-Libja.

Aqra aktar

Messi jiżżewweġ tfajla li ilu jafha 25 sena

Leo Messi, wieħed mill-aqwa footballers bħalissa, iżżewweġ lill-imħabba ta’ tfulitu, f’tieġ Arġentinjan mill-aktar sinjur.

Aktar minn 250 membri tal-familja u ħbieb, inkluż l-ikbar ismijiet fil-football, marru l-Arġentina biex jaraw lil Messi, ta’ 30 sena, jiżżewweġ lil Antonella Roccuzzo, ta’ 29 sena, f’lukanda.

Il-koppja ilha taf lil xulxin 25 sena, hekk kif kienu ħbieb meta kienu tfal. Huwa ma ħallew lil ħadd juża mobiles waqt it-tieġ, u l-ħaddiema kellhom jaħilfu li ma jgħidu lil ħadd dak li raw fit-tieġ esklussiv.

Aqra aktar

NEW YORK: eks tabib jagħmel massakru

Raġel armat fetaħ in-nar fi sptar fi New York, fejn qatel tabiba u weġġa sitt persuni oħra, ħamsa minnhom serjament. L-aggressur, li fil-passat kien jaħdem bħala tabib fl-istess sptar, jismu Henry Bello u kellu 45 sena. Huwa qatel lilu nnifsu waqt l-attakk.

L-isparatura bdiet għal ħabta tat-tlieta neqsin ħamsa ta’ wara nofsinhar ħin lokali, fl-Isptar Bronx-Lebanon. Is-Sindku Bill de Blasio qal li dan l-attakk ma kienx att terroristiku, imma relatat mal-ħidma fl-istess sptar. Iddeskriva l-attakk bħala sitwazzjoni tal-biża f’nofs post li n-nies jassoċjawh mal-kura u l-fejqan.

Aqra aktar

Send this to a friend