Internazzjonali – Page 365 – One News

Notifiki

Trump Jr iltaqa’ ma’ Russa għal diskussjonijiet dwar Clinton

Iben il-kbir tal-President Amerikan Donald Trump iltaqa’ m’avukatessa Russa, jiem wara li missieru rebaħ in-nominazzjoni Repubblikana qabel l-elezzjoni Presidenzjali.

Mal-gazzetta The New York Times, Donald Trump Junior ammetta li fi Trump Towers, fi New York, iltaqa’ ma’ Natalia Veselnitskaya biex jikseb informazzjoni li setgħtet itappan ir-reputazzjoni tar-rivali Hilary Clinton.

Aqra aktar

Se jiswiedlu u jaqagħlu!

Qalulu li mnieħru se jiswied u jaqagħlu minn ma’ wiċċu, jekk jagħmel aktar operazzjonijiet kożmetċi. Dan huwa Rodrigo Alves ta’ 33 sena mill-Brazil, li minkejja din it-twissija ċara, xejn ma waqqfu milli jattendi festi f’Las Vegas.

Alves irid ikun l-aqwa partner għal Barbie, mhux fil-fantaxjenza imma fil-verità. Aqra aktar

Il-Vatikan jipprojbixxi ħobż mingħajr glutina għat-tqarbin

Il-ħobż li jintuża biex tiġi ċċelebrata l-Ewkaristija fil-quddiesa kattolika Rumana ma jistax ikun mingħajr glutina minkejja li jista’ jkun magħmul minn organiżmi ġenetikament modifikati.

Dan spjegah il-Vatikan f’ittra li ntbagħtet lill-isqfijiet.

F’din l-ittra l-Kardinal Robert Sarah qal li l-ħobż li jintuża’ jista’ jkollu ftit glutina iżda jrid ikun fih biżejjed proteina.

Aqra aktar

Imut wara li jaqa’ 9 sulari waqt li kien qed jagħmel manuvri fl-ajru

Akrobatiku minn Brighton tilef ħajtu wara li waqa’ madwar disa’ sulari waqt li kien qed jagħmel manuvri fl-ajru waqt festival tal-mużika rock fi Spanja.

Pedro Aunión Monroy li hu professjonali fil-qasam taż-żfin fl-ajru, kien imdendlel f’gaġġa waqt il-festival Mad Cool f’Madrid il-Ġimgħa filgħaxija. Waqt li kien qrib il-palk ewlieni, fl-interval ta’ bejn l-ispettaklu li taw alt-J u Greenday, waqa’ għal isfel.

Il-paramediki waslu 30 minuta wara fejn ippruvaw isalvawh, iżda kien tard wisq.

 

Welldet tarbija f’latrina u issa għandha 30 xahar ħabs – tinsisti li ma riditx toqtlu

Żagħżugħa f’El Salvador ingħatat tletin xahar ħabs wara li nstabet ħatja ta’ omiċidju. Iż-żagħżugħa welldet tarbija bla ħajja f’latrina, wara li qatt ma marret għal eżamijiet mediċi. L-avukati tagħha saħqu li ma kinitx taf li tqila u li allura ma seħħ ebda delitt. Qalu li t-tqala kienet riżultat ta’ numru ta’ każijiet ta’ stupru li qatt ma rrapportat.

F’El Salvador, l-abort huwa illegali f’kull ċirkostanza. F’April tas-sena li għaddiet, Evelyn Beatriz Hernandez Cruz welldet fil-latrina tad-dar tagħha f’komunità rurali. Hija intilfet minn sensiha wara li tilfet ammont kbir ta’ demm. Ħdax-il jum wara, beda każ il-Qorti, u minn dakinhar, inżammet fil-kustodja tal-Pulizija.

Aqra aktar

Imut iċ-ċkejken li seraq il-qlub tal-ħafna

L-‘eroj’ Bradley Lowery li seraq il-qalb ta’ miljuni ta’ nies, fl-età ta’ sitt snin tilef il-battalja kontra l-kanċer.

Dan it-tifel sar magħruf mad-dinja internazzjonali hekk kif ingħata l-opportunitá li qabel imut jaqta’ xewqtu.

Ix-xewqa tiegħu kienet li jmur fil-grawnd ta’ Sunderland u jiltaqa’ mal-plejers, ħolma li saret realtá u li wasslitu biex jirbaħ il-premju li kull plejer ikun jixtieq jirbaħ: “Match of the day’s goal of the Month award.” Dan huwa premju għall-aqwa gowl tax-xahar.

Aqra aktar

Send this to a friend