Internazzjonali – Page 25 – One News

Notifiki

Joqtol erba’ uffiċjali tal-Pulizija barra d-depot f’Pariġi

Aggressur inqatel b’tiri minn arma tan-nar wara li attakka u  qatel erba’ uffiċjali tal-pulizija b’sikkina barra l-kwartieri ġenerali fiċ-ċentru ta’ Pariġi. Jidher li l-aggressur, li allegatament kien impjegat tad-diviżjoni tal-intelliġenza tal-pulizija Franċiża għal 20 sena, daħal fl-uffiċċju tiegħu u ħebb għall-kollegi tiegħu b’sikkina. Il-Pulizija eventwalment sparat tiri fuq l-aggressur u qatlitu.

Bosta persuni li dak il-ħin kienu fil-viċinanzi kellhom jingħataw il-kura fuq il-post. Il-President Emmanuel Macron, il-Prim Ministru Edouard Phillipe u l-Ministru Christophe Castaner ilkoll kienu preżenti fuq il-post. L-inħawi magħrufa bħala île de la Cité, ftit ‘il bogħod mill-katidral ta’ Notre Dame, ingħalqu għall-pubbliku.

Dan l-attakk seħħ jum biss wara li l-Pulizija Franċiża mexxiet strajk madwar il-pajjiż kontra l-vjolenza fil-konfront ta’ uffiċjali tal-pulizija fost l-oħrajn.

Test fuq armi nukleari ġodda

Il-Korea ta’ Fuq ikkonfermat li ħadmet missila nukleari ġodda b’aktar reqqa minn testijiet li saru minn Mejju s’issa. Il-missila li ntużat fl-aħħar ħin mill-pajjiż kienet il-ħdax il-test nukleari ta’ din is-sena. Din tmexxiet minn sottomarin li dak il-ħin kien ftit ‘il barra mill-kosta Koreana. Aqra aktar

Restrizzjoni ta’ ħin f’Baghdad minħabba vjolenza fit-toroq

Minn tal-anqas tlettax-il persuna nqatlu minn nhar it-Tlieta ‘l hawn waqt protesti f’Baghdad u bliet oħra fl-Iraq, li qed isiru kontra n-nuqqas ta’ xogħol u servizzi fil-pajjiż fost l-oħrajn. L-aħħar rapporti qed jgħidu li l-Forzi tas-Sigurtà sparaw xi tiri minn armi tan-nar fuq grupp ta’ persuni li allegatament ma rrispettawx restrizzjoni ta’ ħin li ġiet imposta f’Baghdad minħabba d-dimostrazzjonijiet vjolenti fit-toroq. Aqra aktar

Send this to a friend