Internazzjonali | One News - Part 23

Notifiki

Arkivju diġitali ġdid se jirrakkontalek l-istorja ta’ wieħed mill-aktar teatri popolari f’Londra

L-arkivji tat-teatru Shakespeare’s Globe issa jinsabu online u huma disponibbli għad-dilettanti tas-settur teatrali Ingliż. Fost dawn id-dokumenti hemm rapporti uffiċjali dwar aktar minn mitejn produzzjoni li saret f’dan it-teatru.

L-arkivju diġitali ġdid tnieda fl-aħħar jiem fuq is-sit uffiċjali tat-teatru, u jinkludi kumpilazzjonijiet u noti dwar kostumi, programmi, u ritratti, biex ir-riċerkaturi tal-qasam ikollhom għażla kbira tal-istorja rikka ta’ dan it-teatru.

Il-proġett kien kollaborazzjoni bejn it-teatru stess u l-pubblikaturi akkademiċi fi ħdan Adam Matthew Digital, li jispeċċjalizza fil-qasam tat-tagħlim u r-riċerka.

Il-Pulizija Amerikana tingħata filmat li allegatament juri lil R. Kelly jabbuża sesswalment lil numru ta’ tfajliet

Amerikan qed jallega li sab filmat juri lill-kantant R.Kelly jabbuża sesswalment minn tfajliet ta’ karnaġġjon skur. Gary Dennis, ir-raġel, qal lill-midja Amerikana li l-filmat issa qiegħed għand l-awtoritajiet involuti wara li nstab f’daru.

Il-kantant R.Kelly affaċċja madwar għaxar akkużi ta’ abbuż sesswali ma’ erba’ vittmi, tlieta minnhom ikunu minuri. Jekk jinstab ħati, huwa kapaċi jintbagħat sa seba’ snin ħabs għal kull akkuża. S’issa, il-kantant qed jiċħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih, inkluż li hu deher fil-filmat li nstab f’dar Gary Dennis.

Boeing taffaċċja kritika qawwija wara t-traġedja li ħalliet 157 persuna mejta

Il-fornitur Amerikan tal-ajruplani, Boeing, qed jaffaċċja kritika qawwija wara li ajruplan tal-għamla tiegħu iġġarraf u qatel kull wieħed mill-157 passiġġier abbord.

It-traġedja tal-linja tal-ajru Etjopjana hija t-tieni waħda fi żmien ħames xhur li tinvolvi ajruplan tal-għamla Boeing 737. Dan filwaqt li esperti fil-qasam qed janalizzaw ukoll x’rabtiet jista’ jkun hemm bejn dawn il-każijiet u l-każ tal-linja tal-ajru Lion li ajruplan minn tagħha ġġarraf fl-Indoneżja f’Ottubru li għadda.

Ftit tal-ħin wara li wasslet l-aħbar tat-tiġrif ta’ dan l-ajruplan, il-linji tal-ajru taċ-Ċina u tal-Etjopja waqqfu l-operat ta’ ajruplani tal-istess għamla. Dan minkejja li l-esperti għadhom jisħqu li għadu kmieni wisq biex tkun magħrufa l-kawża ta’ din it-traġedja.

Kane Tanaka tirċievi l-Guinness World Record

Il-Ġappuniża Kane Tanaka, ta’ 116 sena rċeviet il-Guinness World Record minħabba li hi l-iktar persuna li għexet fid-dinja s’issa.

Meta ġiet mistoqsija liema parti minn ħajjitha l-aktar li għoġbitha hija qalet: “Bħalissa!”

Imut iben Shamima Begum

Iben Shamima Begum miet f’kamp tar-refuġjati fis-Sirja.

Dan qed jingħad minn diversi aġenziji tal-aħbarijiet Ingliżi, li qed iżidu wkoll li qarib tat-tfajla qed jgħid li l-mewt tat-tarbija tat-twelid kien ikkawżat minn deċiżjoni inumana tal-Gvern Ingliż li ma jagħtix ċittadinanza lil Begum.

Shamima Begum ħarbet lejn is-Sirja meta kellha biss 15-il sena biex tifforma parti mill-kalifat terroristiku tal-Istat Iżlamiku.

Dawn l-aħħar ġimgħat it-tfajla, li llum għandha 19-il sena, iddominat l-aħbarijiet internazzjonali b’tentattiv wara ieħor biex tirritorna r-Renju Unit.

Kelliema għall-Gvern Ingliż qalet li għalkemm il-mewt tat-tarbija hija aħbar traġika, il-Gvern kien dejjem wissa kontra l-ivvjaġġar lejn is-Sirja, u se jkompli jaħdem biex persuni mir-Renju Unit ma jivvjaġġawx lejn pajjiżi maħkuma mill-kunflitt biex jissieħbu f’kalifati terroristiċi.

Send this to a friend