Internazzjonali – Page 2 – One News

Notifiki

Taħdidiet ġodda dwar BREXIT

Is-segretarju Ingliż għall-BREXIT Stephen Barclay mistenni jiltaqa’ mal-Kap Negozjatur tal-Unjoni Ewropea għall-BREXIT Michel Barnier.

Dan wara li l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker saħaq li jista’ jintlaħaq ftehim qabel mar-Renju Unit iħalli l-Unjoni Ewropea fl-aħħar t’Ottubru.

Aqra aktar

Imut l-eks President tat-Tuneżija Ben Ali

L-eks President Tuneżin Zine el-Abidine Ben Ali miet fl-età ta’ 83 sena fl-eżilju.

Huwa mexxa lit-Tuneżija għal tlieta u għoxrin sena u kien ħarab mill-pajjiż f’Jannar tal-2011 meta l-poplu Tuneżin qam kontrih f’dik magħrufa bħala r-rivoluzzjoni parti mir-rivoluzzjoni tar-Rebbiegħa Għarbija.

Il-familja tal-eks President qalet li Ben Ali miet fl-Arabja Sawdija wara li kien ilu jgħix hemm minn mindu ħarab.

Fl-2012 Qorti Tuneżina kienet ikkundannat lil Ben Ali għal sentenza t’għomor il-ħabs in absentia.

Huwa kien meqjus bħala persuna li ta stabbilita lil pajjiżu u ħoloq xi ftit ta’ prosperità iżda fl-aħħar snin tiegħu huwa kien meqjus bħala dittatur u bosta qisuh bħala bniedem korrott.

Negozjanti Ġappuniżi mhux ħatja ta’ negliġenza wara li nuqqas ta’ prekawzjoni swiet il-ħajja ta’ 44 persuna

Aktar minn tmien snin wara d-diżastru nukleari ta’ Fukushima, il-Qorti Ġappuniża ħelset lit-tliet eżekuttivi tal-kumpanija li topera l-impjant, mill-akkużi dwar negliġenza professjonali billi naqsu milli jimplimentaw prekawzjonijiet meħtieġa li wassal għal mewt ta’ 44 persuna. Fl-2011 impjant operat mill-Kumpanija Tokyo Electric Power, kienet intlaqtet minn tsunami li kkawżat splużjoni qawwija, l-inċident ħasad il-ħajja ta’ eluf ta’ persuni.

Il-prosekuzzjoni argumentat li huma kienu mwissija sa mill-2002 dwar possibiltà ta’ tsunami, iżda huma ddeċidew li jinjoraw din it-twissiwa. Minkejja dan l-argument, il-Qorti Ġappuniża xorta ħelset lit-tliet irġiel minn kull akkuża. It-tliet irġiel setgħu weħħlu sentenza ta’ ħames snin ħabs kull wieħed.

Justin Trudeau b’dispjaċir dwar il-famuż ritratt ta’ rtokk ta’ karnaġġjon skur

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau skuża ruħu pubblikament wara li ħareġ ritratt antik tiegħu liebes irtokk ta’ karnaġġjon skur f’festin.

Jidher li r-ritratt ittieħed f’festin privat tal-iskola li kien jattendi l-Prim Ministru fl-2001, kważi 20 sena ilu. Ir-rivista Time ippubblikat ir-ritratt fl-aħħar sigħat, b’Trudeu jiskuża ruħu minnufih u jgħid li ‘missu kien jaf aħjar minn hekk’.Aqra aktar

Xaqq ta’ dawl dwar il-ftehim Brexit?

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson għandu 12-il jum biex iressaq il-pjanijiet tiegħu dwar Brexit lill-Unjoni Ewropea. Dan sostnuh il-Prim Ministru tal-Filandja, Antti Rinne kif ukoll il-President Franċiż Emmanuel Macron. Iż-żewġ mexxejja qablu li r-Renju Unit għandu jressaq il-proposti tiegħu dwar Brexit bil-miktub sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, u jekk dan ma jsirx, ifisser li kollox ikun mitmum. Aqra aktar

Send this to a friend