Internazzjonali | One News - Part 19

Notifiki

Jonqos għal 253 in-numru ta’ persuni li nqatlu fis-Sri Lanka l-Ħadd li għadda

Il-President ta’ Sri Lanka qal li l-allegat moħħ wara l-bombi suwiċida li seħħew f’Ħadd il-Għid f’Sri Lanka nqatel fl-istess attakki. Intqal li Zahran Hashim, predikatur radikali, miet fil-lukanda Shangri-La fil-kapitali Colombo.

Jidher li Hashim mexxa l-attakk fuq il-lukanda popolari ħafna mat-turisti, akkumpanjat minn aggressur ieħor identifikat bħala Ilham. Intant, il-pajjiż irreveda ‘l isfel in-numru ta’ nies li nqatlu waqt l-isplużjonijiet li seħħew il-Ħadd li għadda. In-numru tnaqqas b’iktar minn 100, bil-Ministeru għas-Saħħa jgħid li n-numru issa huwa għal madwar 253.L-istess Ministeru weħħel fi żball li sar waqt il-kalkulazzjoni u d-diffikulta li jkunu identifikati l-vittmi.

Numru kbir ta’ nies inqatlu u mijiet oħra weġġgħu meta bombi suwiċida splodew f’lukandi u knejjes f’Colombo, Negombo u Batticaloa. Il-maġġoranza ta’ dawk maqtula kienu minn Sri Lanka, iżda għexieren ta’ barrannin kienu fost dawk milquta.

Macron b’wegħdiet ġodda biex jagħti risposta lil min kien qed jipprotesta

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ta risposta lill-moviment tas-sdiri soforb’wegħdiet ta’ tnaqqis fit-taxxa, pensjonijiet ogħla u riforma fis-servizz ċivil. Minkejja li insista li jrid jerġa jkun hemm l-ordni, huwa rrikonoxxa n-nuqqas ta’ fiduċja fl-establishment.

Il-protesti, li kemm-il darba kienu vjolenti, bdew f’Novembru dwar żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwil, iżda twessgħu għal diversi ilmenti fuq l-inugwaljanza ekonomika. Macron sostna li kien se jżomm mar-riformi tiegħu. Id-diskors kien skedat għal ħmistax t’ April, iżda kien pospost wara li l-Katedral Notre-Dame inħakem min-nirien.

Il-President Franċiż irrikonoxxa li fil-qalb tal-moviment kien hemm talbiet ġusti.

Rami Malek bi rwol fil-film il-ġdid ta’ James Bond

L-attur Rami Malek, magħruf minn miljuni madwar id-dinja għal mod kif interpreta l-mibki Freddie Mercury fil-film Bohemian Rhapsody, iktar kmieni llum kien ikkonfermat biex jidher fil-film li jmiss ta’ James Bond.

Sa issa la l-karattru u lanqas l-irwol li se jinterpreta ma ġie żvelat, madanakollu ħafna xnihat fl-aħħar ġimgħat f’rivisti internazzjonali qalu li huwa kien qed jinnegozzja mal-produtturi MGM sabiex ikun l-antagonista tal-film.

Aqra aktar

Wieħed mill-agressuri fi Sri Lanka kien jistudja fir-Renju Unit

Wieħed mill-agressuri wara l-attakk li seħħ f’Ħadd il-Għid fi Sri Lanka, studja fir-Renju Unit.

Dan irriżulta hekk kif ħarġu aktar dettalji fuq l-agressuri nfushom.

Id-deputat ministru għad-difiża ta’ Sri Lanka qal li l-agressur studja fir-Renju Unit qabel ma beda kors fl-Awstralja.

Intant, in-numru ta’ persuni mejta kompla jitla u laħaq it-tliet mija, disgħa u ħamsin, filwaqt li dawk midruba qabżu l-ħames mija.

Rabħet premju tal-kalligrafija minkejja diżabilità f’idejha

Tifla li twieldet mingħajr il-pala ta’ idejha t-tnejn rebħet kompetizzjoni nazzjonali tal-kalligrafija. Sara Hinesley ta’ 10 snin uriet il-kapaċità u l-kompetenza tagħha li tagħmel affarijiet bħal ħaddieħor – jekk mhux aħjar.

Hinesley, studenta fit-tielet sena, iżomm il-lapes bejn idejha. Hija qalet li meta l-għalliema tagħha għallmitha kif tikteb, ħassitha kunfidenti mill-ewwel tant li tqisu bħala wieħed mit-talenti tagħha.

Iċ-ċkejkna li rebħet 500 dollaru fi premju qalet li għadha ma tafx x’se tagħmel bil-premju, iżda, ttitama li tfal oħra li għandhom xi tip ta’ diżabilità jkunu inspirati mill-istorja tagħha. Hija qalet li ħassitha kburija u esprimiet li jekk persuna tagħmel l-almu tagħha tottjeni dak li trid.

Omma Sara, Cathryn Hinesley qalet li t-tifla tagħha hija persuna vera indipendenti, kif ukoll taħseb b’mod strateġiku biex toħroġ b’mod li bih tkun tista’ tagħmel l-affarijiet.

 

Ritratti ġodda tal-Prinċep Louis f’għeluq sninu

Ġew ippublikati sett ta’ ritratti ġodda tal-Prinċep Louis fl-ewwel għeluq snin tiegħu.

Dawn ittieħdu min ommu, id-Dukessa ta’ Cambridge fir-residenza tar-Reġina f’Sandringham.

Il-Prinċep Louis huwa il-ħames persuna fil-linja tas-suċċessjoni tat-tron u twieled propju bħal-lum sena.

 

Jimitaw l-umani u jippużaw għal stessu

Żewġ gorilli ppużaw għal stessu flimkien mal-gwardjani li kienu salvawhom meta kellhom ftit xhur wara li ommijiethom inqatlet minn kaċċaturi lura fl-2007.

Ir-ritratt ittieħed fil-Park Nazzjonali ta’ Virgunaa fil-Kongo. Id-Deputat Diretur tal-Park, Innocent Mburanumwe, qal li l-gurilli tgħallmu jimitaw lil dawk li jieħdu ħsiebhom sa minn mindu kienu ta’ ftit xhur.Aqra aktar

Send this to a friend