Internazzjonali | One News - Part 18

Notifiki

Riżervi kbar dwar il-Parata ta’ Trump f’Jum l-Indipendenza

Fit-toroq tal-Kapitali Amerikana llum se tittella’ parata kbira fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza tal-Istati Uniti.

Il-parata, bl-isem Salute to America, qed issir għall-ewwel darba fuq insistenza tal-President Amerikan Donald Trump. Dan wara li Trump kien baqa’ impressjonat meta sentejn ilu kien mistidien mill-President Franċiż Emmanuel Macron għall-parata militari f’Pariġi f’Jum il-Bastilja.

Aqra aktar

Il-Gvern bi tħassib dwar is-sitwazzjoni mwiegħra wara l-aħħar attakk fil-Libja

Aktar minn ħamsin persuna nqatlu f’attakk fuq ċentru ta’ detenzjoni qrib il-kapitali Libjana, Tripli.

Il-Ġnus Magħquda tinsab imħassba b’dan l-attakk deskritt bħala sistematiku għaliex hu mifhum li xi gwardjani għassa maċ-ċentru fejn kienu l-immigranti sparaw lil dawk il-persuni li pruvaw jaħarbu mill-attakki li bdew isiru mill-ajru.

Aqra aktar

ARA: Jiżbroffa vulkan fil-gżira Taljana ta’ Stromboli- Raġel jitlef ħajtu u bosta oħra midruba

Turist tilef ħajtu wara li vulkan fuq il-gżira Taljana ta’ Stromboli żbroffa fl-aħħar sigħat. Fuq il-post kien hemm ukoll bosta turisti li minnufih ħarbu għal post sigur biex isalvaw. Jidher li l-vittma, li huwa Sqalli ta’ 35 sena u li kien dilettant tal-mixi fit-tul f’postijiet ta’ dan it-tip, miet b’daqqa ta’ ġebla li waqgħet fuqu kawża tal-iżbroff.

Aqra aktar

Fir-Russja: 14-il baħri jmutu abbord sottomarin ta’ riċerka

Il-Ministeru għad-Difiża Russu qal li nar li tqabbad fuq sottomarin navali Russu li kien qed jintuża għar-riċerka, qatel 14-il membru tal-ekwipaġġ. Il-Membri tal-ekwipaġġ ġew ivvalentati bid-duħħan li ħareġ mill-bastimenti Russi li nhar it-Tnejn li għadda kienu qegħdin ibaħħru f’territorju Russu. Il-Ministeru ma ta l-ebda dettalji dwar it-tip ta’ bastiment li kien qiegħed jintuża. Aqra aktar

Is-Soċjalist David Sassoli se jieħu post Antonio Tajani bħala President tal-Parlament Ewropew

David Maria Sassoli ġie elett President tal-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin. B’total ta’ 345 voti, huwa ġab biss seba’ voti anqas mill-maġġoranza li kellu bżonn kiex ikun elett f’din il-kariga.

Is-Soċjalist Taljan qal li se jidħol għal din il-kariga bi twemmin sħiħ f’Ewropa aktar b’saħħitha, dejjem diment li l-Parlament Ewropew ikollu rwol kruċjali.

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3 tinħeles mill-arrest

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3, Carola Rackete, inħelset mill-arrest it-Tlieta wara li ma nstabitx ħatja li poġġiet ħajjet bosta persuni fil-periklu fil-ħin li kienu abbord il-bastiment. Il-mara, li għandha 31 sena, qalet li minn dejjem poġġiet is-saħħa u ħajjet l-immigranti l-ewwel, anke qabel kwistjonijiet politiċi.

Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li l-kaptan kisret liġijiet marittimi, tant li ddeskriva għemilha bħala att ta’ gwerra. Dan għaliex Rackete ma tatx kas twissija mill-Gvern Taljan biex l-immigranti ma jiddaħlux f’port sigur fl-Italja.

F’Qorti f’Agrigento, il-mara spjegat li kienet taf bil-konsegwenzi ta’ għemilha, iżda għażlet li tagħmel ta’ rasha wara li rat f’liema stat emozzjonali u fiżiku kienu fih l-immigranti abbord.

Send this to a friend