Internazzjonali | One News - Part 17

Notifiki

Id-dukessa ta’ Sussex twelled tifel

Id-dukessa ta’ Sussex Meghan Markle welldet tifel. Dan wara li ftit sigħat qabel tħabbar li kienet daħlet biex twelled.

Fuq il-paġna ta’ Instagram tal-koppja tħabbar li t-tifel twieled ftit qabel il-ħamsa u nofs ta’ filgħodu ħin lokali.

Kemm id-dukessa u kemm binha, li għadu mhux magħruf l-isem tiegħu, jinsabu tajbin. Il-koppja Sussex irringrazzjaw lill dawk kollha li stennew u segwew b’eċitament dan iż-żmien speċjali fil-ħajja tagħhom.

Dan huwa l-ewwel wild tal-koppja u se jkun is-seba’ fil-linja tas-suċċessjoni tal-kuruna Brittanika.

41 mejta wara nirien f’ajruplan fir-Russja

41 persuna tilfu ħajjithom wara li ajruplan tal-linja tal-ajru nazzjonali Russa Aeroflot inħakem minn nirien u kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Sheremetyevo F’Moska. L-ajruplan kien qed iġorr 73 passiġġier u ħames membri tal-ekwipaġġ. Skont rapporti fil-midja Russa, fost il-mejtin hemm żewġt itfal u membru tal-ekwipaġġ.

Aqra aktar

Imut l-attur li nterpreta lil Chewbacca fi Star Wars

Peter Mayhew, l-attur li fil-films ta’ Star Wars kellu l-irwol ta’ Chewbacca, miet fl-età ta’ 74 sena.

Fi stqarrija familtu qalet li huwa miet fid-dar tiegħu f’Texas.

Mayhew nterpreta l-irwol ta’ Chewbacca fit-triloġija oriġinali ta’ Star Wars bejn l-1977 u l-1983, u rritorna fl-istess parti fl-ewwel film mit-triloġija moderna ta’ Star Wars, The Force Awakens, fl-2015. Wara dan huwa irtira mill-irwol.

Send this to a friend