Internazzjonali | One News - Part 16

Notifiki

Probabbiltà ikbar ta’ Brexit mingħajr ftehim

In-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea Michel Barnier qal li Brexit bla ftehim jidher iktar possibbli, iżda xorta jista jkun evitat.

Qal li jara tliet alternattivi ‘l quddiem wara li l-membri parlamentari Ingliżi fallew milli jaqblu fuq proposti ta’ Brexit: bla ftehim, estensjoni itwal jew il-ftehim tal-Prim Ministru.

Barnier sostna li qatt ma kienet ix-xewqa jew l-intenzjoni li ma jkunx hemm ftehim, iżda issa l-Unjoni Ewropea tinsab preparata, hekk kif jum wara jum, it-tluq bla ftehim jidher iktar probabli.

Il-Prim Ministru Theresa May qed tħejji ruħha għal ħames sigħat tal-laqgħat mal-kabinett fil-jum tat-Tlieta.

Il-membri parlamentari Ingliżi vvutaw fuq erba alternattivi għal ftehim ta’ May, iżda l-ebda wieħed minnhom ma kiseb maġġoranza.

Unjoni tad-dwana mal-Unjoni Ewropea ġiet miċħuda bi tliet voti filwaqt li mozzjoni għal referendum kiseb l-iktar voti favur, iżda xorta tilfet.

Ir-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea fit-12 t’ April, iżda jaf jitlob għal estensjoni.

Id-deputati Ingliżi jerġgħu jonqsu milli jaqblu dwar Brexit

Id-deputati Ingliżi reġgħu naqsu milli jaqblu dwar il-passi li jmiss dwar Brexit.

Tard it-Tnejn filgħaxija, il-membri parlamentari Ingliżi vvotaw fuq erba’ mozzjonijiet biex ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, fosthom l-unjoni doganali u arranġament simili li għandha n-Norveġja mal-UE u li permezz tiegħu, ir-Renju Unit jibqa’ jkollu aċċess għas-suq waħdieni.

Madankollu l-ebda waħda minn dawn l-emendi ma kisbet il-maġġoranza tad-deputati.

 

Sorpriżi fl-elezzjonijiet fit-Turkija u l-Ukrajna

Il-Partit tal-President Tork Recep Tayyip Erdogan jidher li tilef l-appoġġ ta’ bosta, tant li fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fit-Turkija, tilef il-maġġoranza fil-kapitali Ankara, filwaqt li jidher li l-partit fl-oppożizzjoni se jikbse il-maġġoranza wkoll f’Istanbul.

B’risposta għal dik li tidher hija daqqa qawwija kontra s-sittax-il sena tmexxija tiegħu, Erdogan ġie kkwotat jgħid li minnufih se jiġu identifikati n-nuqqasijiet eżistenti, u jiġu kkoreġuti.Aqra aktar

L-ewwel President mara għall-Islovakkja

Il-kandidata Zuzana Caputova rebħet l-elezzjoni presidenzjali tal-Islovakkja biex b’hekk hija se tkun l-ewwel kap ta’ stat mara tal-pajjiż.

Caputova, li m’għandhiex esperjenza politika, għelbet lid-diplomatiku Maros Sefcovic mill-partit li kien qed jiggverna fit-tieni fażi tal-elezzjoni.

Hija ddeskriviet l-elezzjoni bħala taqtigħa bejn it-tajjeb u l-ħażin.

Tentattiv ieħor biex l-abbozz Brexit jgħaddi minn Westminster

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qed tfittex l-aħjar pass ‘il quddiem biex tmexxi l-proċess Brexit. Dan wara li għat-tielet darba, il-Parlament Ingliż ivvota kontra l-abbozz li fasslet dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Kelliema għall-Gvern Ingliż żvelaw lill-midja Ingliża li Theresa May xorta bi ħsiebha tipprova tgħaddi l-abbozz minn Westminster. Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvutaw nhar it-Tnejn li ġej, fosthom biex titwaqqaf unjin tad-dwana. Minkejja dan, persuni li jappoġġjaw Brexit qed iħeġġu lill-Prim Ministru Ingliż biex ma tagħmilx dan.

May għandha sat-12 ta’ April li ġej biex tikseb estensjoni għall-perjodu tal-ħruġ biex ikun evitat Brexit mingħajr ftehim.

It-Torok jivvutaw f’elezzjonijiet presidenzjali

Miljuni ta’ persuni fit-Turkija bdew jivvuttaw fl-elezzjonijiet li qed ikunu meqjusa bħala referendum fuq il-president Tork, Recep Tayyip Erdogan. Dan qed isir fost tnaqqis ekonomiku, li mistenni jaffettwa l-għażla tal-partitarji konservattivi tiegħu.

Il-partit fil-gvern qed jibża’ li jitlef il-kontroll ta’ Ankara u Istanbul, l-akbar żewġt ibliet fil-pajjiż.

Ir-rejd fuq ambaxxata Koreana fi Spanja kien ‘attakk terroristiku’- il-Korea ta’ Fuq

Il-Korea ta’ Fuq iddeskriviet bħala attakk terroristiku gravi r-rejd li seħħ fl-ambaxxata fi Spanja x-xahar li għadda. Fl-ewwel kumment uffiċjali, Pyongyang sejjaħ għal investigazzjoni u qal li kien qed isegwi mill-qrib l-għidut li l-FBI kellhom irwol f’dan.

L-Erbgħa li għadda, grupp kommess li jkeċċi lill-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un, qal li wettaq dan ir-rejd.

Minn tal-inqas, nħarġu żewġ mandati t’arrest internazzjonali għaż-żewġ suspettati.

L-Ukreni jivvutaw għal President ġdid

Fl-Ukrajna nfetħet il-votazzjoni fl-ewwel rawnd ta’ elezzjonijiet presidenzjali.

Il-mexxej preżenti, Petro Poroshenko qed ifittex li jerġa’ jkun elett mill-ġdid iżda fuq quddiem, b’sorpriża jinsab il-kummidjant, Volodymyr Zelenskiy. Iż-żewġ kandidati flimkien mal-eks Prim Ministru, Yulia Tymoshenko, esprimew fehmiet ferm favur l-Ewropa waqt il-kampanja tagħhom. Ħadd mill-kandidati favur ir-Russja mhumiex jidhru li se jkunu eletti.

Jekk ħadd mill-kandidati ma jġib ħamsin fil-mija tal-voti, dawk it-tnejn li jkunu fuq quddiem ikollhom jipparteċipaw f’votazzjoni oħra fil-21 ta’ April. B’kollox fuq il-polza tal-vot hemm 39 kandidat.

Send this to a friend