Internazzjonali | One News - Part 14

Notifiki

May mistennija tħabbar meta se titlaq mill-kariga

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija tħabbar id-data tat-tluq tagħha minn Downing Street fil-jum tal-Ġimgħa. Dan intqal minn ministri tal-kabinett lil BBC.

Is-sorsi tal-kamra Ingliża tal-aħbarijiet qalu li qed jistennew li l-Prim Ministru tagħti skeda sabiex is-suċċessur tagħha jintgħażel, bl-għaxra ta’ Ġunju mistennija tkun id-data li fiha tibda t-tellieqa uffiċjali.

Fil-jum tal-Ġimgħa, May mistennija tiltaqa maċ-chairman tal-backbenchers tat-Tory. Hija ilha taħt pressjoni biex tirreżenja, wara li qalgħet ħafna kritika mill-membri parlamentari tagħha stess kontra il-pjan ta’ Brexit.

Minn Jannar li għadda s’ issa, il-Parlament Ingliż irrifjuta tliet darbiet il-ftehim tat-tluq li nnegozjat May mal-Unjoni Ewropea, filwaqt li attentati sabiex jintlaħaq qbil mal-Partit Laburista Ingliż fallew.

Għad ma hemmx qbil għal Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May, se terġa’ tressaq pjan ġdid dwar Brexit fil-Parlament. Hija se tkun qed tiddiskuti mal-Membri Parlamentari dwar il-bidliet fl-abbozz tal-liġi dwar il-ftehim Brexit, li fih se jkun jinkludi li l-Membri Parlamentari jistgħu jivvutaw dwar possibiliment referedum ieħor.Aqra aktar

Imut l-eks sewwieq leġġendarju tal-Formula 1 Niki Lauda

Id-dinja tal-karozzi u b’mod partikolari dik tal-Formula 1 tinsab f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt tas-sewwieq leġendarju Awstrijak Niki Lauda.

L-aħbar tal-mewt tiegħu tħabbret mill-familja fi stqarrija ppubblikata fil-midja Awstrijaka, fejn qalet li Lauda miet it-Tnejn filgħaxija. Fl-aħħar xhur huwa kien qed jirkupra minn trapjant tal-pulmun minħabba kumplikazzjonijiet li kien qiegħed isofri.Aqra aktar

Send this to a friend