Internazzjonali – Page 12 – One News

Notifiki

It-Turkija għandha f’idejha waħda min-nisa ta’ al-Baghdadi

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan qal li l-qawwiet Torok għandhom f’idejhom lil waħda min-nisa tal-eks mexxej tal-Istat Iżlamiku Abu Bakr al-Baghdadi.

Din inqabdet fis-Sirja, l-istess pajjiż fejn fih miet al-Baghdadi wara li sploda lilu nnifsu waqt rejd mill-qawwiet Amerikani.

“Aħna mhux qed nagħmlu kapital politiku bħal ħaddieħor dwar il-qbid ta’ waħda min-nisa ta’ al-Baghdadi”, saħaq Erdogan b’botta fina lejn il-President Amerikan Donald Trump.

Tarbija b’kundizzjoni rari fil-ġilda abbandunata fi sptar fl-Italja

Rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li tarbija tat-twelid b’kundizzjoni rari ġiet abbanduanta fi sptar f’Turin l-Italja.

It-tarbija ta’ erba’ xhur bl-isem Giovannino għandu kundizzjoni ġenetika li tikkawża ġilda ħoxna u niexfa li tirrikjedi lit-tarbija tinżamm fix-xemx diretta bħala terapija.

L-infermiera ilhom jieħdu ħsieb it-tarbija minn Awwissu li għadda. Għadu mhuwiex magħruf għalfejn il-ġenituri abbandunaw lit-tarbija.

Avukat Olandiż jissielet għal ħajtu wara li sparawlu minn karozza

Avukat qed isofri minn ġrieħi serji wara li ntlaqat minn tiri ta’ arma tan-nar qrib il-fruntiera Ġermaniża fl-Olanda l-Erbgħa filgħodu. L-isparatura seħħet meta l-avukat kien miexi fit-triq fl-inħawi, meta sewwieq f’karozza għaddiet minn ħdejh u sparalu bosta tiri. Huwa ttieħed l-isptar fejn ingħata l-kura għall-ġrieħi serji li ġarrab. Aqra aktar

Żewġt irġiel suspettati b’omiċidju jaħarbu mill-ħabs f’Kalifornja

Il-pulizija Amerikana ppubblikat ritratti ta’ żewġ suspettati ta’ omiċidju li ħarbu mill-ħabs f’Kalifornja. Santos Samuel Fonseca ta’ 21 sena u Jonathan Salazar ta’ 20 sena rnexxielhom jaħarbu minn toqba ta’ 55 ċentimetru li għamlu f’saqaf f’latrina fil-ħabs ta’ Salinas f’San Francisco nhar il-Ħadd li għadda.Aqra aktar

Żewġ rebħiet sinjfikanti għall-Partit Demokratiku Amerikan

Id-Demokratiċi Amerikani rebħu l-istati ta’ Kentucky u Virġinja, li huma tradizzjonalment Repubblikani. Dawn ir-riżultati jfissru daqqa għall-President Amerikan Donald Trump.

Andy Beshear, kandidat Demokratiku, rebaħ l-elezzjoni għall-Gvernatur ta’ Kentucky f’tiġrija qalila kontra l-Gvernatur Repubblikan Matt Bevin. Id-Demokratiċi ħadu l-kontroll ukoll taż-żewġ kmamar tal-leġiżlatura fl-istat ta’ Viġrinja għall-ewwel darba wara żewġ diċenji. Madanakollu, ir-Repubblikani żammew il-poter fl-istat ta’ Mississippi.

Minkejja li r-Repubblikani tilfu s-siġġu tal-gvernatur ta’ Kentucky, il-kandidati tal-istess partit kisbu ħames rebħiet fl-istat fosthom fis-sondaġġi għall-Avukat Ġenerali. Dawn ir-riżultati qed jitqiesu bħala stampa ċara dwar l-atmosfera politika qabel l-elezzjoni Presidenzjali tas-sena d-dieħla.

Illum tibda l-kampanja elettorali fir-Renju Unit

Il-kampanja elettorali fir-Renju Unit se tibda’ aktar tard illum bi żjara tal-Prim Ministru Boris Johnson lir-Reġina Eliżabetta fil-Palazz ta’ Buckingham f’Londra. Il-kampanja elettorali se twassal għal elezzjoni fit-12 ta’ Diċembru.

Il-Partit Konservattiv se jikkamapnja bl-għajta li se jdaħħal Brexit fis-seħħ, filwaqt li l-Partit Laburista ta’ Jeremy Corbyn mistenni jwiegħed mod ġdid f’Westminster.

Il-Liberali Demokratiċi qed iwiegħdu nefqa akbar fuq servizzi marbuta mas-saħħa mentali, u l-Iskoċċiżi, immexxija mill-Ministru Ewlieni Nicola Sturgeon, se jaħdem biex dawk li jappoġġjaw li r-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, se jipprova jikseb kemm jista’ jkun appoġġ biex Brexit ma jseħħx.

Send this to a friend