Internazzjonali – Page 11 – One News

Notifiki

Matteo Renzi mistenni jitlaq mill-Partit Demokratiku Taljan

L-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi mistenni jħabbar ir-riżenja tiegħu mill-Partit Demokratiku Taljan, wieħed mill-partiti fil-Gvern, biex iwaqqaf partit ġdid.  Intervista fuq il-ġurnal Taljan Il Giornale spjegat li dan il-partit ġdid se jitwaqqaf fil-Parlament Taljan biss, hekk kiff fis-Senat mhux permess li jitwaqqfu partiti ġodda la darba jkun beda jitlaqqa’ l-Parlament.

Jidher li Renzi informa lill-Prim Ministru Giuseppe Conte bid-deċiżjoni tiegħu it-Tnejn li għadda, iżda għamilha ċara li se jibqa’ leali lejn il-Moviment taċ-Cinque Stelle.

Id-deċiżjoni ta’ Renzi mistennija toħloq tensjoni fil-Partit Demokratiku u ddgħajjef il-koalizzjoni fil-Gvern. Apparti Renzi, numru ta’ Senaturi Taljani wkoll mistennija jirriżenjaw.

Il-prezz taż-żejt jisplodi ‘l fuq fi ftit sigħat

Kawża tal-attakki mill-ajru fuq wieħed mill-akbar produtturi taż-żejt fl-Arabja Sawdija, fl-aħħar sigħat il-prezz taż-żejt kompla jisplodi ‘l fuq. Dan qed iseħħ hekk kif dan ir-reġjun kien kostrett iwaqqaf kompletament u b’mod indefinit il-produzzjoni taż-żejt li tammonta għal madwar 5% tal-produzzjoni dinjija. Aqra aktar

Attakki li naqqsu l-produzzjoni taż-żejt

Il-Grupp ta’ Houti fil-Yemen, alleat tal-Iran, iddikjara r-responsabilità tal-attakki mill-ajru li saru fuq żewġ impjanti taż-żejt fl-Arabja Sawdija. L-attakki, li saru lbieraħ, waqqfu aktar minn nofs il-produzzjoni taż-żejt tar-Renju. Dawn l-attakki huma mistennija li jgħollu l-prezzijiet taż-żejt b’mod qawwi kif ukoll jiżdiedu t-tensjonijiet fil-Lvan Nofsani. Aqra aktar

Send this to a friend