Internazzjonali – Page 10 – One News

Notifiki

Tusk jgħid li Johnson ma jridx li l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim

Hekk kif baqa’ sal-aħħar t’Ottubru sabiex l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-President tal-Kunsill tal-Ewropa Donald Tusk qal li l-Prim Ministru Ingliż ma jridx joħroġ lil pajjiżu mingħajr l-ebda ftehim.

Tusk qal dan meta kien qed jitkellem fil-bidu tas-summit tal-G7 li qed isir f’Biarritz fi Franza.

Matul din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iltaqa’ mal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-President Franċiż Emmanuel Macron fejn iddiskutew aktar dwar Brexit.

Tusk semma’ wkoll kif il-kompetizzjoni fil-kummerċ qed twassal biex ir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi l-kbar ma tibqax stabbi. Qal ukoll kif dan is-summit huwa wieħed kruċjali sabiex jgħaqqad lil dawn il-pajjiżi bejnithom.

L-armata Brażiljana ordnata tgħin fit-tifi tan-nar fl-Amażonja

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ħareġ digriet li bih ordna lil forzi armati tal-Brażil biex jassistu fl-operazzjoni għat-tifi tan-nar li ħakmu l-foresta tal-Amażonja. L-Amażonja, hija l-akbar foresta tropikali fid-dinja u magħrufa bħala l-pulmun tad-dinja, għaliex fiha taħzen il-karbonju u b’hekk tnaqqas ir-ritmu tat-tisħin globali.Aqra aktar

Pompeo jfaħħarhom wara li Trump ma riedx jaf aktar

Is-Segretarju tal-Istat għall-Istati Uniti Mike Pompeo kellu kliem ta’ tifħir għall-Gvern Daniż minkejja t-tensjoni li ġab b’idejh il-President tiegħu mal-pajjiż wara li qal li jrid jixtri Greenland, gżira ġeografikament kruċjali u magħrufa għall-minerali naturali li tħaddan, li taqa’ fit-territorju Daniż.Aqra aktar

Send this to a friend