Internazzjonali | One News

L-attakki fi Spanja

Il-pulizija Spanjola spjegat li qatlet ħames persuni f’Cambrils viċin Barċelona wara li kien hemm attentat ieħor t’attakk permezz ta’ vann.
F’dan l-attakk seba’ persuni inkluż uffiċjal tal-pulizija ndarbu wara li vann beda jsuq fuq in-nies iżda l-forzi tas-sigurtà innewtralizzaw dan l-attakk milli jkompli għaddej.

Intant aktar qabel minn tal-inqas tlettax-il persuna nqatlu u għexirien oħra weġġgħu serjament wara li vann saq fuq il-folla f’Las Ramblas, Barċellona.

Dan il-post fil-belt Spanjola hu popolari ħafna mat-turisti. Dawn in-numri kienu kkonfermat mill-pulizija u l-awtoritajiet lokali.

Aqra aktar

Aġġornat: STRAĠI FIĊ-ĊENTRU TA’ BARĊELLONA

20.40: Minn tal-inqas 13-il persuna nqatlu u 50 weġġgħu serjament wara li vann saq fuq il-folla f’Las Ramblas, Barċellona. Dan il-lok tal-Belt Spanjola hu popolari ħafna mat-turisti. Dawn in-numri kienu kkonfermat mill-pulizija u l-awtoritajiet lokali.

Il-vann instaq fuq il-parti pedonali u filwaqt li persuni ntlaqtu oħrajn ħarbu. Il-pulizija qed tqis dan l-inċident bħala wieħed ta’ terroriżmu. L-istess pulizija qalet li arrestat persuna. Aħbar li kienet ikkonfermata ftit wara li x-xufier tal-vann deher jitlaq minn fuq il-post.

Aqra aktar

Gwerra mhux mixtieqa

Uffiċjal għoli militari Amerikan sostna li gwerra kontra l-Korea ta’ Fuq tkun waħda katastrofika.
Il-Ġeneral Joseph Dunford għadda dawn il-kummenti waqt żjara fiċ-Ċina.
Dan wara li l-battibekki verbali bejn Kim Jong Un tal-Korea ta’ Fuq u Donald Trump tal-Amerka naqsu fl-aħħar jiem.

Aqra aktar

Trump jerġa’ jsaħħan il-qiegħa

F’kummenti ġodda fuq twitter, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddefenda dawk li sejjaħ bħala statwi sbieħ li jfakkru l-gwerra ċivili Amerikana.

Trump qal li huwa ta’ dispjaċir li jara l-istorja u l-kultura ta’ pajjiżu jingħataw il-ġenb bit-tneħħija tal-istatwi ikoniċi f’postijiet madwar il-pajjiż. Nuru tweet

Aqra aktar

Sejba ġdida għal min hu allerġiku għall-karawett

Trattament li jittieħed permezz ta’ pinnoli u mediċina minn dawk li huma allerġiċi għall-karawett jibqa’ effettiv wara erba’ snin li jkun ittieħed, dan skont studju.

Tfal ngħataw probijotiku, bi proteina tal-karawett, kuljum għal tmintax-il xahar.

Meta saru testijiet fuqhom xahar wara, 80% tat-tfal setgħu jittolleraw il-karawett mingħajr ma jkollhom sintomi ta’ allerġija filwaqt li wara erba’ snin, 70% minnhom baqgħu jistgħu jieklu l-karawett mingħajr ebda sintomi.

Aqra aktar

Twelled it-tifla ta’ 10 snin li ma tħallietx tagħmel abort wara li ġiet stuprata minn zijuha

It-tifla ta’ 10 snin li kienet ġiet stuprata minn zijuha fl-Indja u ma ngħatatx permess biex tagħmel abort, welldet tifla.

It-tifla ta’ 10 snin għadha mhix konxja li welldet, dan hekk kif waqt it-tqala qalulha li kellha ġebla kbira fl-istonku.

It-tarbija li tiżen 2.5kg twieldet ċesarja f’Chandigarh. Kemm l-omm ċkejkna u kif ukoll it-tarbija jinsabu f’saħħa tajba.

It-tifla kienet allegat li ġiet stupratha diversi drabi għal seba’ xhur minn zijuwha, li eventwalment ġie arrestat.

Aqra aktar

Il-misteru wara l-klieb bluni

Attivisti li jitkellmu favur id-drittijiet tal-annimali fil-Mumbai raw xena mhux tas-soltu, hekk kif bosta klieb li jiġru fit-toroq inbidlilhom l-kulur tal-pil u saru bluni.

Kien proprju wara ftit tfittxija fiż-żona industrijali, post fejn fiha wieħed isib diversi fabbriki, fosthom chemical plants, li x’aktarx sabu r-raġuni wara dan il-misteru.

Aqra aktar

Spanja ssalva 600 migrant

Il-gwardja tal-Kosta Spanjola spjegat li f’temp ta’ erbgħa u għoxrin siegħa salvat mas-sitt mitt migrant li ppruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa mill-Marokk.

L-uffiċjali Spanjoli qalu li wħud mill-immigranti ġew salvati minn fuq dgħajjes għamla ta’ ċatri bil-pedali u saħansitra minn fuq jet ski.

Sostnew li fost l-immigranti salvati kien hemm ħamsa u tletin tifel u tifla u tarbija.

Aqra aktar

Chris Brown jitkellem dwar ir-relazzjoni li kellu ma’ Rihanna u dakinhar tal-attakk

Il-kantant famuż mondjali Chris Brown tkellem dwar meta attakka lill-eks sieħba tiegħu Rihanna, fejn iddeskriva r-relazzjoni li kellhom bħala waħda vjolenti tant li wasslet għalih itiha daqqa ta’ ponn.

Kien proprju lura fl-2009 meta ħarġu ritratti tal-kantanta Rihanna mbenġla, u b’xuftejha maqsuma wara li Brown attakkaha fil-karozza tiegħu.

Aqra aktar

Send this to friend