Elezzjoni 2017 | One News - Part 9

Notifiki

ARA KIF JINĠIEB FIX-XEJN KLIEM BUSUTTIL FUQ L-IMPJANT TAL-GASS TA’ MARSAXLOKK

Dalgħodu f’Marsaxlokk Simon Busuttil mar quddiem l-impjant li permezz tiegħu pajjiżna qed igawdi minn enerġija aktar nadifa, bħala parti minn energy mix.

Hemm qal li jiddubita kemm qed taħdem. Saħansitra qal li tinsab fuq cold standby.

Dan ir-ritratt ta’ apparat li jintuża għall-kejl tal-enerġija imeri lil Busuttil għal kollox. Huwa ritratt li ttieħed mill-control room tal-impjant f’Marsaxlokk, fid-09:30 dalgħodu.

Il-power stations ta’ D3 u D4 kienu flimkien qed jipproducu kważi 150MW enerġija filwaqt li Interconnector kien qed jipproduċi 115MW. Dan ifisser li filwaqt li Busuttil kien għaddej jgħid li l-impjant jinsab fuq cold standby, kienet qed tkun iġġenerata din l-enerġija, u ebda heavy fuel oil.

Aqra aktar

Joseph Muscat iżur l-unika familja li tgħix Kemmuna

Qabel il-mass meeting fix-Xagħra, Għawdex il-Prim Ministru u Mexxej laburista Joseph Muscat żar l-unika familja li tgħix f’Kemmuna. Familja li kienet qed tistennih b’ħerqa fil-fatt laqgħatu fir-residenza tagħhom fuq din il-gżira żgħira ferm popolari mhux biss mal-Maltin iżda anke mat-turisti, ma setgħax jonqos li jippreparawlu ukoll xi ħaġa tal-ikel għall-okkażjoni.

Aqra aktar

Il-Ħadd fl-10.00 il-voti jibdew jinqalbu wiċċhom ‘il fuq

Fl-10.00 l-Ħadd jibda s-sorting tal-voti fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar. Voti li se jkunu qed jiddeterminaw min se jkun qed imexxi lill-pajjiż. Huma 341,856 persuna li huma eliġġibli għall-vot f’Malta u Għawdex, vot li jista’ jinġabar sa għada l-Ħamis f’nofsillejl miċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar jew mill-uffiċju tal-ID cards f’Għawdex. Fadal biex jinġabru 10,361 vot.

Aqra aktar

Għada l-aħħar ġurnata li tista’ tiġbor id-dokument tal-vot

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li, l-Ħamis, l-1 ta’ Ġunju, 2017, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar (Ex-Trade Fair Grounds, faċċata tal-ground tal-football) u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, għall-votanti reġistrati f’Għawdex. Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl.

Aqra aktar

Appell lill-qraba tal-pazjenti biex jeħdulhom il-vot l-isptar

Il-Kummissjoni Elettorali tappella lill-qraba tal-votanti li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex (li kienu hemm reġistrati bħala pazjenti sas-6.00 pm tat-Tnejn 29 ta’ Mejju) biex, jekk għad għandhom id-dokument tal-vot tal-pazjent, dawn għandhom immedjatament jikkonsenjaw dan id-dokument lill-pazjent biex ikun jista’ jivvota fl-isptar fejn hu rikoverat il-Ħamis, 1 ta’ Ġunju.

Aqra aktar

FILMAT: L-aħħar ftit jiem tal-kampanja

Id-data li fiha nivvottaw tinsab qrib, ninsabu biss tliet ijiem ‘il bogħod. Għall-Prim Ministru u Mexxej Laburista l-impenji ma waqfux, fil-fatt fit-30 jum tal-kampanja, Joseph Muscat ħabbar il-proposti tal-edukazzjoni fl-MCAST, fejn hemmhekk sab jagħtuh merħba numru kbir ta’ studenti li jistudjaw f’din l-istituzzjoni edukattiva.

Il-proposti li ħabbar tista’ ssir taf aktar dwarhom billi tagħfas hawn. Bħal kull lokalità oħra li mar, il-mexxej laburista ngħata merħba mill-isbaħ f’Ħal Lija fejn hemmhekk kompla jiltaqa’ ma’ aktar nies. Huwa indirizza ukoll il-mass rally organizzat minn Nisa Laburisti f’Wied il-Għajn u l-attività politika ta’ taħt it-tinda f’Ħal Qormi.

Iżda l-ġurnata ta’ Joseph Muscat intemmet imdawwar b’numru kbir ta’ żgħażagħ fejn għamel diskors pożittiv ferm fl-aħħar attività tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.

Aqra aktar

Send this to a friend