Elezzjoni 2017 | One News - Part 8

Notifiki

AQRA: IL-WEGĦDI KOLLHA TAL-PARTIT LABURISTA

Is-Sibt 3 ta’ Ġunju, l-poplu quddiemu għandu għażla “jekk niefqux nofs triq jew hekk inkomplux mexjin ‘il quddiem għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.” L-aqwa żmien ta’ pajjiżna li għadu ġej għaliex Gvern Laburista se jkun qed iwettaq għal darb’oħra l-wegħdi kollha tal-manifest elettorali. Aqra l-proposti kollha tal-Partit Laburista:

Aqra aktar

ILLEJLA ĦAL FAR GĦALL-AKBAR MASS MEETING

L-aħħar Mass Meeting tal-Partit Laburista għal din il-Kampanja Elettorali li ser issir illejla bejn 16.00 u nofsillejl mistenni jkun l-akbar wieħed li qatt organizza l-Partit Laburista tul is-snin.

Dan hekk kif apparti d-diskors tant mistenni tal-Prim Ministru ser jieħdu sehem tliet artisti internazzjonali flimkien ma’ għaxar DJs lokali.

Il-Mass Meeting ser issir fiż-żona tal-Kwart ta’ Mil f’ Ħal Far u ser ikun hemm arranġamenti speċjali tat-traffiku.

Aqra aktar

“Grazzi talli lqajtu mhux lili biss, imma mijiet jekk mhux eluf oħra bħali” – Kevin Drake

“Grazzi talli lqajtu mhux lili biss, imma mijiet jekk mhux eluf oħra bħali.”

Dan kien il-messaġġ ta’ Kevin Drake li għal snin twal ħadem fil-Partit Nazzjonalista. Huwa kellu biss kliem ta’ ringrazzjament għal dan il-moviment li ilu jappoġġja għal dawn l-aħħar erba’ snin.

Kevin Drake stqarr li llum jħossu parti minn din il-familja kbira, “b’qalb kbira.” Fid-diskors tiegħu huwa rringrazzja lil Mexxej Laburista Joseph Muscat talli għolla r-reputazzjoni ta’ pajjiżna u għalih kellu messaġġ imqanqal.

Aqra aktar

Għal Simon Busuttil, il-kampanja kienet roller coaster kollha għajjat u twerżiq

“Kampanja elettorali hija bħal roller coaster” – b’din it-tixbiha beda intervista fuq Net Tv Simon Busuttil Qal li waqt il-kampanja esperjenza ħafna “għajjat u twerżiq” u li kull min huwa konvint bil-prinċipji tal-PN, irid issa joffrilu xi proposti, “għas-sodisfazzjon”.

Wara ftit minuti, reġa ssokta ssoltu diskors negattiv ta’ Busuttil. Protagonisti kienu kliem bħal “ħmieġ” u “kriminalità”.

Il-bqija tal-intervista għamilha jattakka ministri wieħed wieħed, b’referenza għal wieħed minnhom bħala “bil-wiċċ daqs dinja tiegħu”.

Warajh fuq NET TV tkellmet Therese Commodini Cahcia. Dik li m’bod frodulenti, qed tħallas lill-propogandist John Zammit bi flus Ewropej.

RITRATTI: Il-Prim Ministru jżur 18-il lokalità fl-aħħar jum tal-kampanja

L-aħħar jum tal-kampanja elettorali, bhall-31 ta’ qablu, huwa wieħed impenjattiv ferm ghall-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat.

Jum iddominat minn sbatax-il żjara li jibdew għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu u jintemmu għall-ħabta tal-16:00 ta’ wara nofisnhar fejn l-ewwel post li se jkun qed iżur huwa s-Suq tal-Belt. Wara se jkun qed imur il-Furjana, il-Pietà, is-Swatar, il-Gżira, Tas-Sliema, Ta’ Giorni, Pembroke, is-Swieqi, in-Naxxar, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, Ħal Balzan, St Venera, Ħal Farruġ, l-Imqabba u Ħal Safi. L-aħħar żjara tal-jum se tkun f’Ħaż-Żabbar.

Aqra aktar

ID-DIBATTITU JIKKONFERMA: GĦAŻLA ĊARA FIT-3 TA’ ĠUNJU

Fl-aħħar dibattititu tax-xandir bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qabel l-elezzjoni ġenerali, ħarġet bl-aktar mod ċar l-għażla li l-poplu għandu quddiemu fit-tlieta ta’ Ġunju.

Jew Prim Ministru pożittiv bi pjan konkret li jwassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna, jew Kap tal-Oppożizzjoni dgħajjef maħtuf ostaġġ mill-forzi konservattivi u l-koalizzjoni tal-konfużjoni.Aqra aktar

“Malta saret l-aqwa fid-dinja issa għandna ħolma maltija li Malta ssir l-għira tad-dinja” – JM

“Għal dan il-Gvern u f’dan il-pajjiż ħadd m’hu żejjed, kulħadd huwa importanti u kulħadd huwa ndaqs.”

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista quddiem folla kbira ħafna fil-Fgura. Dan b’referenza għaż-żjara li llum għamel il-Prim Ministru fi 31 jum tal-kampanja elettorali, żjara lil tliet persuni li jgħixu f’Kemmuna. Żjara simbolika li turi li għal dan il-Gvern kull persuna hija importanti u Gvern Laburista se jkun qed ikompli jassigura ħidma għal kulħadd.

Aqra aktar

Send this to a friend