Elezzjoni 2017 – Page 7 – One News

Notifiki

“Il-poplu jtik fiduċja meta twieġeb għall-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tiegħu” – LOUIS GRECH

Dan il-baħar ta’ nies huwa xhieda ta’ fejn iħabbat il-polz tal-Maltin. Hekk beda d-diskors tiegħu d-Deputat Prim Ministru Louis Grech.

Baqa’ l-aħħar sforz, qal Grech. Ejja ma nitilfux dak li lkoll ħdimna għalih.

Nhar is-Sibt li ġej l-istess folla se tagħti mandat ieħor lil Joseph Muscat. F’dawn l-erba’ snin, l-avversarji tagħna pprovaw inisslu dubju. Kellhom kampanja twila ta’ erba’ snin ibeżżgħu fuq bailout u bozoz. Kellhom strateġija li toħloq tensjoni żejda fil-pajjiż.

Iżda wara kull maltempata, il-Partit Laburista dejjem ħareġ aktar b’saħħtu, aktar determinat, u b’aktar kuraġġ. U b’hekk il-Partit Laburista se jaffaċja lill-poplu nhar is-Sibt.

Aqra aktar

LEAK MILL-PN: NIPPUBBLIKAW ID-DISKORS TA’ SIMON BUSUTTIL QABEL JITKELLEM  

one.com.mt jista’ jiżvela d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, siegħa qabel illejla jitkellem fuq il-Fosos. Tul il-ġimgħat tal-kampanja elettorali u t-tmexxija ta’ Simon Busuttil konna qed nirċievu tagħrif minn persuni fil-qalba tal-istrateġija tal-Kap tal-Oppożizzjoni u d-diskors tal-lejla hu biss wieħed minn ħafna. Din id-darba għażilna li nippubblikawh b’mod sħiħ.

Il-leak jixhed il-kriżi li għandu Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista. Id-diskors sħiħ jidher hawn taħt.

Aqra aktar

Joseph Muscat lest biex jindirizza l-aħħar mass meeting tal-kampanja elettorali

Wara li l-Prim Ministru u Mexxej Laburista żar 18-il lokalita f’disa sigħat fl-aħħar jum ta’ kampanja, fuq Instagram poġġa ritratt tiegħu dieħel fir-residenza tiegħu biex jipprepara għall-akbar mass meeting tal-Partit Laburista.

Dan se jkun l-aħħar diskors li se jagħmel Joseph Muscat qabel il-poplu jivvota għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Intant, huma l-eluf diġa miġbura f’Ħal Far biex juru l-appoġġ tagħhom lill-Prim Ministru.

Informazzjoni għall-assistenti kummissjonarji elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali għarfet li bil-għan li tiffaċilita t-trasport tal-assistenti kummissjonarji elettorali biex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fis-6.00am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2017, b’arranġament ma’ Transport Malta, it-trasport pubbliku se jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f’dak il-jum.

Aqra aktar

FILMAT: Il-Ħolma Maltija għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna

Gvern Laburista taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat kellu ħolma, li pajjiżna isir l-aqwa fl-Ewropa u minflok sar l-aqwa fid-dinja, issa l-ħolma tal-Prim Ministru hi li pajjiżna jsir l-għira tad-dinja. Għalhekk, nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju d-deċiżjoni hi jekk niefqux nofs triq jew nivvottaw għall-aqwa żmien ta’ Pajjiżna. Segwi l-Ħolma Maltija:

Aqra aktar

ILLUM huwa l-aħħar ċans biex tiġbor il-vot tiegħek

Illum huwa l-aħħar ċans biex tiġbor il-vot tiegħek. 

Illum, il-Ħamis, l-1 ta’ Ġunju, 2017, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar (Ex-Trade Fair Grounds, faċċata tal-ground tal-football) u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, għall-votanti reġistrati f’Għawdex.

Aqra aktar

Send this to a friend