Elezzjoni 2017 | One News - Part 6

Notifiki

Tivvota l-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca għadha kemm ivvotat hi wkoll, f’Ħal Lija. Dan huwa l-ogħla eżerċizzju ta’ demokrazija, fejn kull ċittadin ikollu l-istess dritt li jeleġġi lil min irid fit-tmexxija ta’ pajjiżu.

Aqra aktar

Jivvota Chris Cardona

Ftit tal-ħin ilu, ivvota d-Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Partit Laburista Chris Cardona.

Il-vot tiegħu xeħtu fl-iskola primarja tal-Gvern f’Birkirkara.

Ftit ftit l-elettorat qed jirrikorri biex jivvota, f’dak li huwa andament kalm dalgħodu.

Aqra aktar

MALTA TIVVOTA BIEX TAGĦŻEL GVERN

Illum huwa l-jum li l-poplu Malti huwa msejjaħ jivvota u jagħżel Gvern għal ħames snin li ġejjin.

Illum għandna għażla li rridu nagħmlu…għazla li ssir bil-vot tagħna. L-għażla hija waħda – jekk irridux inkomplu ngħixu l-ħolma Maltija ta’ Joseph Muscat – jew jekk għandniex niefqu f’nofs din il-ħolma. Illum jinkiteb espisodju ġdid fl-istorja politika ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

IL-FACEBOOK M’GĦANDUX SILENZJU

Anke jekk f’jum is-silenzju, meta wieħed jikteb opinjoni politika personali fuq il-profil jew il-paġna tiegħu fuq Facebook ma jkun qed jagħmel xejn ħażin.

Lejliet l-elezzjoni ġenerali huwa jum sinonimu ma’ dak li hu magħruf bħala jum ir-riflessjoni u f’dinja fejn il-komunikazzjoni nbidlet ħafna l-isfida għal dan hi waħda naturali.

Ħafna għandhom l-ispazju tagħhom fuq Facebook u jużawh biex sal-aħħar jibqgħu jgħaddu l-battuti politiċi. Anke jek b’rata ħafna inqas milli rajna tul il-ġimgħat tal-kampanja elettorali.

Aqra aktar

8,372 vot mhux miġbur

Hemm 8,372 vot mhux miġbur b’kollox, għall-elezzjoni ġenerali t’għada.

L-ikbar ammont ta’ voti mhux miġbura huwa fit-tnax-il distrett. Jiġifieri l-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u parti minn Naxxar. F’dan id-distrett, ma nġabrux 1,634 vot.

It-tieni l-iktar distrett fejn ma nġabrux voti huwa l-għaxar wieħed, li jinkludi Gżira, Pembroke, Tas-Sliema, San Ġiljan, Paceville u parti minn Naxxar.

Din hija lista ta’ kemm voti ma nġabrux, skont id-distrett:

Aqra aktar

“AĦNA MALTA” – MUSCAT KBURI BIL-PROĠETT LI JRID IKOMPLI MAL-POPLU

“X’emozzjoni qed inħoss illum li qiegħed hawnhekk quddiemkom, li ġejt flimkien ma sħabi, erba’ snin wara li tajtuni l-fiduċja biex immexxu dan il-pajjiż, u llum l-aħħar ġurnata ta’ tmexxija ta’ dan il-Gvern ta’ Malta Tagħna Lkoll, qiegħdin inroddulkom lura pajjiż aħjar”.

Hekk beda d-diskors tiegħu fl-aħħar mass meeting ta’ din il-kampanja elettorali l-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat.

Aqra aktar

Send this to a friend