Elezzjoni 2017 | One News - Part 5

Notifiki

TAGĦLAQ IL-VOTAZZJONI

Il-votazzjoni għall-elezzjoni ġenerali 2017 għalqet. Dan ifisser li l-elettorat issa ma jistax jivvota aktar u li l-kaxxi tal-voti huma ssiġġilati. Issa l-kaxxi jittieħdu fiċ-ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar biex hemmhekk il-Kummissjoni immedjatament tibda l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tal-Ballot Paper Account ta’ kull kaxxa man-numru attwali ta’ voti fl-istess kaxxa.

Aqra aktar

Inqabblu t-turnout mal-2013

Aktar min-nofs ta’ dawk eliġibbli li jivvutaw f’din l-elezzjoni ġenerali ħarġu jivvutaw sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.

Sa seba’ sigħat minn mindu bdiet il-votazzjoni, il-Kummissjoni Elettorali qalet li kienu ftit aktar minn 53% li ħarġu jivvutaw.

Dan ifisser żieda ta’ ftit iżjed minn tlieta fil-mija meta mqabbel mal-istess turn-out ta’ kmieni waranofsinhar tal-elezzjoni ġenerali fl-2013.

Aqra aktar

L-andament tal-elezzjoni llejla

Il-maġġoranza tal-elettorat ivvota sas-14.00 ta’ wara nofsinhar dak hekk kif ivvotaw 52.3% tal-popolazzjoni Maltija u Għawdxija. Dan ifisser li aktar minn nofs il-poplu kien diġà ivvota. Iżda l-elezzjoni tagħlaq fl-22.00 u għalhekk fis-14.00 kien fadal 47% tal-votanti biex jixħtu l-vot tagħhom.

Aqra aktar

Jivvota Louis Grech

Fil-lokalità ta’ Pembroke kien imiss lid-Deputat Prim Ministru ta’ Malta Louis Grech biex jivvota.

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat vvota fil-lokalità ta’ Burmarrad fil-waqt li l-Mexxej Deputat tal-Partit Laburista Chris Cardona vvota f’Birkirkara.

Aqra aktar

Turnouts ta’ elezzjonijiet preċedenti

In-numru ta’ voti li ma ġewx miġbura għall-elezzjoni ta’ din is-sena kien 8,372. Dan ifisser 2.4% tat-total ta’ persuni li huma eliġibbli li jivvotaw. Dan ir-riżultat wera żieda ta’ 0.4% meta mqabbel mal-elezzjoni tas-sena 2013. Dan hekk kif fl-2013 ma nġabrux 6,523 dokumenti tal-voti u din is-sena ma nġabrux total ta’ 8,372.

L-aktar żewġ distretti li fihom ma nġabrux id-dokumenti tal-voti huma l-għaxar distrett b’1,138-il vot u t-tnax-il distrett b’1,634-il vot.

Fl-ewwel distrett ma nġabrux 622 vot, it-tieni distrett 437 vot, it-tielet distrett 553 vot, ir-raba’ distrett b’367 vot, il-ħames distrett b’402 voti, is-sitt distrett b’257 vot, fis-seba’ distrett b’398 vot, it-tmien distrett b’492 vot, id-disa’ distrett 709 vot, il-ħdax-il distrett b’479 vot u t-tlettax-il distrett b’884 vot.

L-elezzjoni tal-2013 rat lil 309,600 persuna tixħet il-vot, minn 333,072 vot eliġibbli. Minnhom kien hemm 4,044 vot invalidu.Aqra aktar

Send this to a friend