Elezzjoni 2017 | One News - Part 4

Notifiki

BDEW JITPOĠĠEW IL-VOTI FIL-GARŻELLI

 Fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-voti fin-Naxxar, il-voti bdew jinqalbu wiċċhom ‘il fuq.

L-aġenti tal-Partiti jinsabu wara l-perspex biex isegwu dan il-proċess biex jagħmlu dawk li huma ‘predictions’ biex jiddeterminaw liema Partit se jkun fil-Gvern għal ħames snin li ġejjin.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: GĦADDEJ L-EWWEL GĦADD

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, ċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti kien għadu qed jimtela u fis-silenzju. Issa l-aġenti tal-partiti qed iniżżlu fuq iċ-ċhit tagħhom l-ewwel kampjuni minn wara l-perspex. Iċ-ċhits diġà jidhru li qed jimtlew sew. Wieħed jista’ jibda jieħu indikazzjoni ukoll tal-kandidati li l-aktar ġabu voti mill-garżelli.

Aqra aktar

ELEZZJONI: Numri importanti

F’din l-elezzjoni ġenerali kienu eliġibbli li jivvotaw 333,380 persuna. Fl-aħħar ġurnata li fiha setgħu jinġabru d-dokumenti tal-vot, jiġifieri l-Ħamis f’nofsillejl, kien għad baqa’ 8, 372  persuna li ma ġabrux il-vot tagħhom. Dan jammonta għal 2.4% tal-elettorat. Bl-aktar voti li ma nġabrux kienu mit-tnax-il distrett li huwa magħmul minn Naxxar, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa. Isegwih kien hemm l-għaxar distrett li jinkludi Tas-Sliema, Pembroke, San Ġiljan u Gżira fost oħrajn.

Aqra aktar

Tibda l-istennija għar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali 2017

Wara li lbieraħ fl-22.00 ngħalqet il-votazzjoni madwar Malta u Għawdex fiċ-ċentru tal-Għadd tal-voti fin-Naxxar bħalissa qed isir is-sorting bil-voti wiċċchom l-isfel biex imbagħad għall-ħabta tal-10.00 il-voti jibdew jinqalbu wiċċhom ‘il fuq.

Eżempju s-sorting tal-ewwel distrett huwa lest, għalhekk issa jridu jistennew li dan il-proċess jintemm mid-distretti kollha biex il-voti jibdew jinqalbu wiċċhom ‘il fuq biex jiġi determinat liema kandidati tal-Partiti ġew eletti.

Aqra aktar

ELEZZJONI: X’se jiġri llejla

Issa li l-votazzjoni hija magħluqa, il-kaxxi tal-voti jittieħdu ssiġġilati fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fejn ikun qed isir il-ftuħ tal-kaxxi tal-voti. Ladarba dan il-proċess jintemm matul dan il-lejl ikun qed isir it-tqassim tal-voti.

It-tqassim tal-voti jibda meta l-kaxxi tal-voti kollha ta’ kull distrett ikunu nfetħu u ġew rikonċiljati mal-Ballot Paper Accounts rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, it-tqassim tal-voti jibda fid-distretti kollha fl-istess ħin meta jiġi mħabbar mill-Kummissjoni Elettorali.

Aqra aktar

“Ikun xi jkun ir-riżultat, nibqgħu poplu u nazzjon wieħed” – il-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta wasslet riflessjonijiet mal-poplu Malti permezz ta’ filmat qasir. Osservat li għal uħud, dawn il-ġimgħat ta’ kampanja elettorali, kienu jfissru telf ta’ paċi u serenita’.

Kienu ġimgħat fejn sfortunatament, il-valuri tal-kompassjoni, is- solidarjetà, u s-sens komunitarju, twarrbu. B’dispjaċir il-President innotat iż-żieda qawwija f’tgħajjir, insulti, u diżrispett lejn xulxin.

Żiedet tgħid li n-nuqqas ta’ rispett u dinjita’ lejn xulxin, tneżża lill-persuna, li jaqla’ l-insulti u t-tgħajjir, mill-umanità tagħha. Wissiet kontra l-abbuż mill-mezzi tal-komunikazzjoni, speċjalment dawk soċjali. Sfortunatament, f’dawn il-ġimgħat, dan l-abbuż kiber, b’konsegwenzi li ma nistgħux nikkalkulawhom.

Dak li beda fil-midja, qalet il-President, tkompla fuq il-postijiet tax-xogħol, fl-iskejjel, fil-postijiet tad-divertiment, bejn il-ġirien, il-ħbieb u anke fil-familji.

Aqra aktar

“GRAZZI” – Joseph Muscat

Hekk kif l-elezzjoni ntemmet il-Mexxej Laburista Joseph Muscat kellu kliem ta’ grazzi għall-volontiera kollha li għendu fil-kampanja elettorali u lil dawk kollha li vvottaw għall-kandidati tal-Partit Laburista. Din kienet it-tweet li għamel Joseph Muscat mat-tokki tal-22.00 fuq Twitter:

Aqra aktar

Send this to a friend