Elezzjoni 2017 | One News - Part 3

Notifiki

RITRATTI MILL-ISBAĦ TAL-PRIM MINISTRU MAT-TĦABBIRA TAR-REBĦA

Ritratti: DOI, REUBEN PISCOPO

“Din ir-rebħa hija riżultat tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat” – Jean Claude Juncker

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker feraħ lill-Prim Ministru Joseph Muscat għar-rebħa elettorali. Huwa qal li din ir-rebħa hija riżultat tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat tul l-aħħar snin.

Dan qalu fuq Twitter fejn, Junker poġġa ukoll l-ittra mibgħuta lill-Mexxej Laburista mat-tħabbira tar-rebħa. Ittra li fiha hemm miktub li l-Kummissjoni Ewropea qed tħares ‘il quddiem biex tkompli taħdem ma’ Gvern Laburista.

Huwa temm jgħid “Fuq livell personali ninsab kuntent ħafna li se nkunu qed nkomplu naħdmu u nikkollaboraw flimkien”.

Aqra aktar

FILMAT: “Għadkom ma’ rajtu xejn” – JM

Il-Prim Ministru f’kollegament fuq ONE HD qal li l-pajjiż huwa importanti u li l-poplu ta sinjal ċar minkejja l-iktar kampanja negattiva u personalizzata. Sostna li l-poplu għażel il-pożittivitá u għażel li ma jieqafx nofs triq iżda li jkompli jimxi ‘l quddiem.

“Jiena xogħli li bħala prim ministru ngħaqqad il-pajjiż u hekk se nagħmel, se naħdem ma’ kull min irid li Malta timxi ‘l quddiem.”

Spjega t-tama tiegħu li issa ma jkun hemm ħadd li jkompli jħammeġ isem pajjiżna għal raġunijiet partiġġjani. Huwa qal li r-riżultat jirrifletti li l-poplu mhux jaċċetta dan it-tip ta’ għaġir. Il-Prim Ministru kompla jikkumenta li wara l-impenji li għandu Brussell marbuta mal-Presidenza u wara s-sette Giugno, se jkun qed ipoġġi madwar mejda mad-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona u Louis Grech biex jiġi ffurmat kabinett ladarba l-proċess tal-voti jintemm.

Kabinett għall-ħames snin li ġejjin li fi kliem il-Prim Ministru se jkun qed jagħmel aktar ġid, “Għadkom ma’ rajtu xejn”. Fost oħrajn il-Prim Ministru flimkien ma’ Gvern Laburista se jkun qed jaħdem għal aktar libertajiet ċivili. Il-Parlament se jkun qed jitlaqqa’ fl-aħħar ta’ Ġunju.

Isma’ r-reazzjoni ta’ Joseph Muscat:

Aqra aktar

IL-PARTITARJI LABURISTI JIBDEW JIĊĊELEBRAW

Il-partitarji tal-Partit Laburista bdew iċ-ċelebrazzjonijiet madwar Malta u Għawdex. Il-Partit Laburista rebaħ, rebħa kbira u għalhekk iċ-ċelebrazzjoni hija waħda kbira iżda l-Mexxej Laburista appella biex kulħadd iżomm il-kalma u li minkejja jsiru ċ-ċelebrazzjonijiet il-liġijiet kollha jiġu osservati. Fit-14.30, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista se jkun iċ-ċentru nazzjonali Laburista, u għalhekk huwa mistenni li l-partitarji jissuktaw biċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom fil-Ħamrun fejn il-kuluri bojod u ħomor qed jispikkaw.

Aqra aktar

IL-WASLA TA’ JOSEPH MUSCAT FIĊ-ĊENTRU TAL-GĦADD TAL-VOTI FIN-NAXXAR

Il-Prim Ministru għal ħames snin oħra, Joseph Muscat ingħata merħba sabiħa ħafna fiċ-ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Tispikka l-għajta “Joseph Joseph” u “Viva l-labour” hekk kif dawk preżenti esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal din ir-rebħa kbira oħra li għamel il-Partit Laburista. Dan ifisser li l-elettorat għamel għażla ċara qal il-Prim Ministru, “Malta tagħna lkoll tagħżel l-aqwa żmien ta’ pajjiżna.” It-tbissima fuq fomm Prim Ministru li mat-tħabbira tar-rebħa stqarr li huwa komoss u lest biex jerġa’ jiggverna lil Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend