Elezzjoni 2017 – Page 2 – One News

Notifiki

Il-Partit Laburista rebaħ Għawdex b’51.23%

It-tlettax-il Distrett, jiġifieri id-Distrett ta’ Għawdex intrebaħ mill-Partit Laburista b’51.23%. Dan ifisser li l-Partit Laburista ġab total ta’ 13,233 vot. Fl-2013,  il-Partit Laburista kien ġab 49.10% tal-voti f’dan id-Distrett, jiġifieri f’din l-elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista ġab 922 vot aktar.

Aqra aktar

Joseph Muscat b’27,560 ‘one’

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, kiseb 27,560 vot tal-ewwel preferenza fuq iż-żewġ distretti li kkontesta. Mit-tieni distrett kiseb 14,674 u mill-ħames distrett elettorali kiseb 12,886 vot tal-ewwel preferenza. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kiseb 20,655 vot tal-ewwel preferenza fuq iż-żewġ distretti li kkontesta li huma l-ħdax u t-tnax -il distrett elettorali.

Aqra aktar

It-tmexxija tal-PN tirriżenja għada filgħodu

It-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista se tkun qed tħabbar li se tirriżenja fis-sigħat li ġejjin. Kollox jindika li dan se tħabbru għada filgħodu.

Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista sostnew ma’ one.com.mt li għalkemm fl-aħħar sigħat Simon Busuttil ta’ x’jifhem li seta’ jibqa’ fil-kariga, fil-Partit Nazzjonalista hemm pressjoni kbira biex jirriżenja.Aqra aktar

SIMON BUSUTTIL JEMMEN LI “XEGĦEL FJAMMA”

Simon Busuttil qal li xegħel fjamma “li m’għandniex inħalluha tintefa'”.

F’intervista televiżiva fuq Net News, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma wera ebda intenzjoni li jirriżenja, wara telfa elettorali ta’ dan il-kalibru.

Qal li l-Partit Nazzjonalista jagħmel eżerċizzju intern biex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ f’pożizzjoni b’saħħitha. Għalkemm is-saħħa ta’ din il-pożizzjoni bħalissa dubjuża ħafna.

Simon Busuttil għamel il-kumplament tal-intervent qasir tiegħu jirringrazzja li min għen lill-Partit.

NILTAQGĦU NHAR IS-SIBT LI ĠEJ FUQ IL-FOSOS!

  • GĦADA L-ĠURAMENT TAL-ĦATRA TA’ JOSEPH MUSCAT BĦALA PRIM MINISTRU FIL-11:00

Quddiem eluf kbar ta’ nies miġbura quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal li Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien. Fi kliemu: “Kemm jien kburi bikom! Kemm jien kburi bil-Maltij u l-Għawdxin. Grazzi ta’ din it-turija kbira ta’ fiduċja lil tant eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Grazzi lil dawk l-eluf li bil-vot tagħhom ikkonfermaw ir-riżultat tal-2013. Ikkonfermajtu l-fiduċja fil-moviment minkejja waħda mill-aktar kampanji negattivi fl-istorja tal-pajjiż. Min ħaseb li l-poplu Malti u Għawdxi se jagħżel in-negattività, ma jafx lill-Maltin u l-Għawdxin jagħżlu l-pożittivita, ottimiżmu, enerġija, ir-rieda tajba, l-għaqda, l-uwgaljanza.

Aqra aktar

Send this to a friend