Elezzjoni 2017 | One News - Part 11

Notifiki

SIMON F’GĦAWDEX: TELA’ BISS BIEX JGĦID X’SE JŻARMA

Simon Busuttil tela’ Għawdex biex jgħid li se jkeċċi l-investituri Vitals, li wara snin ta’ abbandun totali, se jaħdmu id f’id mal-Gvern biex l-Isptar Ġenerali t’Għawdex isir state of the art, u f’Għawdex issir skola medika mfittxija internazzjonalment.

Mistoqsi kemm se jżid sodod fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ladaraba jkeċċi l-investiment, ma setax jikkummenta. Lanqas kien jaf kemm se tiġi tiswa biex ikeċċi lil Vitals u jġib il-kuntratt fix-xejn. Insista li l-kuntratt tal-ftehim bejn il-Gvern u Vitals mhux ippubblikat, meta dan jinsab kollu kemm hu għand l-Awditur Ġenerali.

Aqra aktar

“Nitlob l-għajnuna tagħkom biex nhar is-Sibt li ġej nuru li l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej”

Fit-30 jum tal-kampanja, jiġifieri ħamest ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat kellu appell imqanqal biex in-nies jgħinuh biex nhar jum l-elezzjoni juru li l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej. B’dan il-filmat tista’ terġa’ tgħix din il-ġurnata mal-Prim Ministru Joseph Muscat:

Aqra aktar

Gvern Laburista jipperswadi bir-riżultati, bil-proposti u bil-verità – JM

“Malta se tkun rebbieħa nhar is-Sibt li ġej, jekk kull waħda u wieħed minna ninkoraġġixxu lil kulħadd biex nivvutaw għall-kandidati kollha tal-Partit Laburista għal dan il-moviment.”

Hekk beda d-diskors tiegħu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista quddiem folla numeruża li fid-29 jum tal-kampanja elettorali nġabret fil-Birgu biex tisma l-messaġġ pożittiv tiegħu.

Aqra aktar

Jiem biss qabel l-elezzjoni u Busuttil MA JGĦIDX WAĦDA LI HI WAĦDA fuq x’se jwettaq

Simon Busuttil għadu kemm għamel diskors sħiħ fil-Mosta, jiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali, u ma semmiex proposta waħda li l-Partit immexxi minnu u minn Marlene Farrugia lesti jaħdmu għalihom jekk ikunu fil-Gvern.

Kollox beda b’tgħanniqa mill-kuntrattur Zaren Vassallo. Il-preżentatur introduċih b’ “merħba lill-futur Prim Ministru ta’ Malta” . Minn hemm, tela’ fuq il-palk u nfexx jgħajjat waħda f’waħda dwar korruzzjoni.

L-istess diska li ilna nisimgħu xahar wara xahar, din id-darba b’mod aktar ferventi.  Saħansitra qal “M’għandix dubju li mhux se jirbaħ Joseph Muscat is-Sibt”. Lill-kummissarju tal-Pulizija qallu “neħħi l-uniformi minn fuqek!” 

Jekk dan mhux biżżejjed, qal li Alla jinsab man-Nazzjonalisti.

Aqra aktar

“Tul dawn l-erba’ snin in-Nofsinhar ta’ Malta reġa’ ħa r-ruħ”

“Tul dawn l-aħħar erba’ snin ta’ Gvern Laburista, in-Nofsinhar ta’ Malta reġa ħa r-ruħ.”

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-programm Pjazza fi Pjazza minn taħt it-tinda fil-lokalità f’Birżebbuġa. Muscat beda d-diskors tiegħu billi fakkar fil-ħidma ta’ Gvern Laburista fin-naħa tan-Nofsinhar ta’ Malta fejn fosthom fil-lokalità ta’ Birżebbuġa f’dawn l-aħħar erba’ snin ngħalqu t-tankijiet taż-żejt, sar pitch, qed jinħoloq grawnd, tneħħa t-tniġġiż u bosta familji bħalissa qed igawdu mit-tneħħija taż-żjut tal- Heavy Fue Oil fid-Delimara.

Il-Prim Ministru spjega dwar kif “il-kaos li jista’ jkun hemm kemm-il darba ma noħorġux nivvutaw għall-Partit Laburista hu reali, dan ifisser li jerġgħu jirrenjaw l-istess persuni li ħolqu l-problemi. Min ħoloq il-problemi ftit li xejn se jsib solluzzjoni.”

Muscat sostna “għamilna l-pożizzjoni tagħna ċara li rridu li l-freeport jaħdem imma ma rriduhx li jibla lin-nies.” Spjega kif lil’hinn mill-punti kollha li jissemmew is-soltu, f’kull lokalità u f’kull familja wieħed se jsib affarijiet li jolqtu lil kull familja u kull lokalità b’mod partikolari.

Aqra aktar

FILMAT: Il-PM Svediż dwar Joseph Muscat

Wara l-appoġġ muri mill-eks Prim Ministri Tony Blair u Matteo Renzi, kien imiss aktar mexxejja li juru l-appoġġ lejn il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat.
Il-Prim Ministru Svediż Stefan Löfven, mexxej ieħor ferm rispettat fil-komunita’ Ewropea saħaq li Joseph Muscat huwa impenjat li jibqa’ jaħdem ħalli ikompli joħloq aktar postijiet tax-xogħol u jġib iżjed prosperita’ f’Malta.
Ara x’qal il-Prim Ministru Svediż f’dan il-filmat.

Aqra aktar

Send this to a friend