Elezzjoni 2017 – Page 10 – One News

Notifiki

Pulizija aggredit minn ‘security ta’ Simon Busuttil’

Pulizija fuq xogħolu lbieraħ safa’ aggredit minn dak li sejjah lilu nnifsu bħala ‘security ta’ Simon Busuttil’. Il-Pulizija kien qiegħed xogħol iċ-Ċirkewwa, hekk kif kien hemm il-meeting tal-PN fir-Rabat Għawdex.

Rapport li ddaħħal fl-għassa tal-Mellieħa jgħid li l-Pulizija żagħżugħ beda jiġi mwaqqa’ għaċ-ċajt minn partitarji Nazzjonalisti, li bdew jiżuffjettaw bil-korp tal-Pulizija.

Aqra aktar

“MALTA GĦANDHA BŻONN L-ENERĠIJA TAGĦKOM” – Joseph Muscat liż-żgħażagħ

Quddiem folla kbira ta’ żgħażagħ entużjasti u mimlija enerġija, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kull darba li pajjiżna ġie biex jagħmel għażla, il-vot determinanti kien taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Hu u jindirizza attività organizzata mill-Forum Żgħażagħ Laburisti, Muscat qal li fattur komni li jgħaqqad liż-żgħażagħ mal-Gvern hu li m’għandhomx kwiet. Amministrazzjoni tara li l-pajjiż ikun aħjar milli qatt kien.

“Intom miegħi biex inkomplu mixjin din it-triq?” staqsa Joseph Muscat, u ż-żgħażagħ wieġbu b’għajjat ta’ “Joseph, Joseph”.

Il-Prim Ministru u mexxej Laburista qal li ma nistgħux inħallu lill-forzi konservattivi jżommu l-pajjiż milli jkompli miexi ‘l quddiem. Dan huwa Gvern li kiseb drittijiet ċivili ġodda, drittijiet għan-nisa, u tant aktar. Sal-aħħar ta’ dan is-sajf, ikollna żwieġ indaqs għall-kulħadd. Ikollna diskussjoni fuq l-użu tal-kannabis għall-użu rikreattiv.

Il-Prim Ministru u mexxej Laburista qal li jrid jagħmel minn Malta l-għira tad-dinja. Għal dan, għandu bżonn l-enerġija taż-żgħażagħ.

“Ninsabu fl-aħħar ftit, li matulu rridu nkomplu nuru din l-enerġija tagħna, din il-pożittività tagħna” temm jgħid Joseph Muscat.

Aqra aktar

“It’s not far away from a miracle!” – Malta minn lenti barranija

Il-President taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej, Joao Duarte Albuquerque, qal li meta n-Nazzjonalisti jkunu iddisprati, jinfexxaw f’attakki. Infatti qed jitfgħu dell ikrah fuq pajjiżna madwar l-Ewropa.

Imma r-realtà hi li hawn surplus, li l-ekonomija qed tikber, qed jinħolqu l-impjiegi, hawn inċentivi bħall-garanzija għaż-żgħażagħ, edukazzjoni b’xejn, u servizzi bħal childcare bla ħlas. “It’s not far away from a miracle” qal Duarte dwar id-drittijiet għall-persuni LGBTIQ. Innota li l-ħajja għall-Maltin tjiebet immens u temm jgħid “L-Aqwa Żmien!”Aqra aktar

Is-Sibt hu appuntament ieħor mad-destin

“Fadal biss erbat ijiem biex il-poplu Malti jibgħat messaġġ ċar li jrid li l-bidla tkompli permezz ta’ dan il-Gvern u ta’ dan il-moviment.”

F’Ħal Qormi l-Prim Ministru ddeskriva l-jum tas-Sibt bħala jum ieħor fejn il-poplu għandu jiddetermina d-destin. Fil-fatt qal li dan hu vot li se jkun qed jiddeċiedi d-destin ta’ dan il-pajjiż. “Jekk inkomplux mexjin ‘il quddiem jew jekk nieqfux nofs triq,” qal il-Prim Ministru meta ddeskriva l-għażla tal-poplu.

Fid-diskors tiegħu quddiem folla mill-isbaħ il-Prim Ministru qal li jinsab konvint li l-Partit Laburista għandu l-aqwa pjan bl-aktar prinċipji ċari. Dan filwaqt li ħaddieħor għandu biss kollezzjoni ta’ wegħdiet li ma jgħamlux sens. Sostna kif Gvern Laburista għandu pjan ċar u konkret li jfisser aktar ġid u li jġib aktar investiment u aktar xogħol.

Aqra aktar

Il-PM tal-Portugall jitkellem dwar il-kwalitajiet b’saħħithom ta’ Joseph Muscat

Wara l-Prim Ministru Svediż Stefan Lofven l-eks Prim Ministru tar-Renju Unit, Tony Blair u l-eks Prim Ministru u mexxej tal-Partit Demokratiku Taljan, Matteo Renzi, illum kien hemm Prim Ministru ieħor li bagħat messaġġ b’appoġġ lil Joseph Muscat. Il-Prim Ministru tal-Portugall, Antonio Costa, tkellem dwar il-kwalitajiet b’saħħithom ta’ Joseph Muscat mhux biss fit-tmexxija ta’ Malta iżda wkoll tal-Kunsill Ewropew.

Aqra aktar

Il-PM jħabbar li taħt Gvern Laburista ssir sistema li permezz tagħha l-każini jkunu protetti mil-liġi tal-kera

Il-Prim Ministru ħabbar li se tiddaħħal sistema li permezz tagħha l-każini jkunu protetti mill-liġi tal-kera li bħalissa għandhom l-proprjetà tagħhom fuq kuntratt ta’ kiri f’bilanċ ma’ dawk tas-sidien li qed jikru dawk il-proprejatiet lilhom. Dan hekk kif il-Partit Laburista huwa konxju mis-sitwazzjoni delikata ħafna ta’ baned li jistgħu jitilfu l-każini tagħhom minħabba l-liġijiet tal-kera.

Aqra aktar

Anke fil-vot, il-koalizzjoni b’konfużjoni

Il-1 jew it-2 ittuħx lil Marlene.

Messaġġ li twassal b’SMS lill-partitarji Nazzjonalisti kollha. Il-biża’ hi li se ‘jingidmu minnhom’. Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista dieħel bl-għajta li huwa koalizzjoni, li huwa Forza Nazzjonali. Imma fil-verità, mhux. Huwa l-Partit Nazzjonalista kif dejjem nafuh.

Niftakru li fil-mass meeting ta’ Tas-Sliema ta’ nhar il-Ħadd li għadda, tkellmu ta’ Nazzjonalisti minn dawk tal-maduma. Fil-fatt kienet din l-emblema ddominat Dingli Street u mhux il-bandiera Maltija.

Infattk, dwiet l-għajta “nazzjonalisti nazzjonalisti” u “fortizzi” tagħhom.

Aqra aktar

Informazzjoni dwar l-elezzjoni ġenerali

Fadal tnax-il elf u tliet mitt dokument tal-vot x’jinġabru hekk kif mit-Tnejn bdew jitqassmu miċ-Ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar għall-Maltin, u mill-uffiċċju tal-karti tal-identità fir-Rabat Għawdex għall-Għawdxin. F’kummenti ma’ ONE News, il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt spjega l-aħħar dettalji b’rabta mal-ġbir tal-voti.

Aqra aktar

L-istudenti komplew javvanzaw fl-istudji tagħhom għax Joseph Muscat żamm kelmtu

Gvern Laburista wettaq dak li wiegħed fis-settur tal-Edukazzjoni għolja. Biex fost oħrajn, l-istudenti komplew javvanzaw fl-istudi tagħhom.

Fil-fatt taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat in-nefqa fuq l-istipendji żdiedet b’€5.5miljun meta kkumparat mas-sena 2012/3.

Dan hekk kif l-istipendji żdiedu bl-għoli tal-ħajja filwaqt li ngħata l-istipendju lil min jirrepeti sena. Żdiedu ukoll l-istudenti lil min jieħu l-istipendju. Saret ukoll ħidma fl-MCAST li fost oħrajn tinkludi proġetti infrastrutturali filwaqt li l-MCAST tressaq aktar viċin l-industrija permezz ta’ 50 MOU f’dawn l-aħħar 3 snin.

Aqra aktar

WEGĦDA: Internet b’xejn u study leave għall-istudenti… dawk apprentisti jitħallsu aktar

Wara li Gvern Laburista poġġa fiċ-ċentru tiegħu l-Edukazzjoni, fil-ħames snin li ġejjin qed iwiegħed li se jkompli jwettaq aktar proposti biex l-edukazzjoni għolja tkompli mixja ‘l quddiem. Wegħdi li se jkunu qed igawdu minnhom l-istudenti. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo u l-kandidata Nikita Zammit Alamango taw elenku tal-viżjoni tal-Partit Laburista għal dan is-settur.

Il-Prim Ministru tenna li r-riżultati fil-qasam tal-edukazzjoni x-xogħol ma ġewx b’kumbinazzjoni iżda ġew b’ħidma bla heda biex llum għandna rekord fin-numru ta’ nies li jaħdmu, l-inqas rata ta’ qgħad u edukazzjoni li qed tipprepara l-istudenti għad-dinja tax-xogħol.

Il-Mexxej Laburista għamel referenza għal dak li sar filwaqt li spjega fid-dettall dak li se jkun qed isir biex l-istudenti jkollhom esperjenza edukattiva aqwa. Huwa spjega kif l-ewwel problema li sab wara amministrazzjoni preċedenti kienet li l-Università ma kelliex biex tħallas il-pagi ta’ Marzu u għalhekk Gvern Laburista irdoppja l-flus għall-Università biex toffri edukazzjoni għolja tal-aqwa livell.

B’referenza għall-MCAST, Joseph Muscat qal li l-konferenza tal-aħbarijiet saret f’din l-istituzzjoni għaliex Gvern Laburisa ma jaqbilx ma min jagħti grad l-istituzzjonijiet iżda se jkompli jaħdem biex istituzzjonijiet bħall-MCAST jibqħu tal-ogħla livell.

Iżda Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat mhux biss investa fl-istituzzjonijiet edukattivi iżda investa fl-istudent, dan b’referenza għall-istipendju li taħt din l-amministrazzjoni beda jingħata ukoll lil dawk l-istudenti li jirrepetu sena, miżura li fi kliem il-Mexxej Laburista kellha effett straordinarja għaliex dawn l-istudenti ma kienux se jkompli l-istudji li kieku ma ngħatawx dan l-istipendju.

Aqra aktar

Send this to a friend