Elezzjoni 2017 | One News

Notifiki

“Tiżirgħux il-firda iżda kabbru l-għaqda” – il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-risposta li ta l-poplu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet tfisser li ma jridx jieqaf nofs triq u se jibqa’ miexi ‘l quddiem.

“Għażilna l-pożittività fuq in-negattività,” qal Joseph Muscat li nnota kif dan il-poplu mhux se jħalli lil min jifirdu.

Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista ma kienx sorpriż bir-riżultat għax idu fuq il-polz tal-poplu.

“Kien riżultat li hu sabiħ wisq. Imma huwa riżultat li kien miktub. Ma jissorpendinix. Aħna ngħixu magħkom. Ngħixu man-nies. Parti minnkom,” qal dan il-Prim Ministru.

Aqra aktar

FAZZJONI TRID LIL SIMON JIBQA’

Kif qed juru biċ-ċar kummenti fuq siti soċjali bħal Facebook, hemm moviment u appell qawwi biex Simon Busuttil jibqa’ kap tal-Partit Nazzjonalista.

Dan hu dak li kiteb Robert Arrigo ftit tal-ħin ilu, minkejja t-telfa elettorali bla preċedent għall-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Il-mument meta Marlene Farrugia ma tindunax li l-mikrofonu mixgħul u tgħid li Julia Farrugia “ĦAMALLA”

L-aġenzija tal-aħbarijiet inews xandret filmat li fih il-Kap tal-Partit Demokratiku u l-unika kap li fadal tal-PN, Marlene Farrugia, għaddiet mis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar.

Lejn l-aħħar tal-filmat, Farrugia tinstema’ titkellem dwar Julia Farrugia Portelli, li f’dak il-mument kienet għadha kemm ġiet eletta. Kif jiġri bħas-soltu f’dan il-mumenti ta’ ferħ, Julia kienet qed tiċċelebra l-fatt li ġiet eletta flimkien ma’ dawk preżenti.

Mhux konxja li qed tinstema’, Marlene tinstema’ tgħid lil Godfrey: “rajtha Julia, x’ħamallaġni ta’ bniedma?”

Dan fost għajjat ta’ Viva Malta u Viva l-Oppożizzjoni. Godfrey kien pront fakkarha li l-mikrofonu mixgħul u qed tinstema’.

Mument li fih ħareġ ċar kif taħsibha Marlene, li magħha ssieħeb il-PN.

Dan il-mument partikolari jinsab lejn l-aħħar tal-filmat.

Aqra aktar

Malta tirbaħ kontra l-Ukraina

Malta tat wirja mill-isbaħ meta t-tim nazzjonali kiseb l-iskor ta’ wieħed b’xejn kontra l-Ukraina. Dan f’logħba ta’ ħbiberija fil-Merkur Arena fi Graz.

Id-defender Zach Muscat skorja l-gowl rebbieħi kmieni fil-logħba u wassal għar-rebħa ta’ Malta, li offriet spinta morali qabel il-logħba ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Islovenja nhar is-Sibt li ġej, bħala parti mill-logħob ta’ kwalifikazzjoni għal grupp F għat-tazza tad-dinja 2018.

“Il-prijorità tiegħi hi li ngħaqqad il-pajjiż” – JM

Wara l-ġurament tal-ħatra, Il-Prim Ministru, ta l-kummenti lill-midja fejn beda bl-appell ewlieni ta’ Gvern ġdid Laburista, li dan il-pajjiż b’potenzjal kbir jerġà jingħaqad biex jitħassru l-effetti ta’ din il-kampanja diviżiva. Huwa tenna li se jkun qed jaħdem ma’ nies ta’ rieda tajba miż-żewġ kampi politiċi li jridu lil pajjiżna jimxi ‘l quddiem.

Aqra aktar

Send this to a friend