Budget 2020 – Page 7 – One News

Notifiki

Għajnuna lill-organizzazzjonijiet volontarji

Għaqdiet volontarji ambjentali, jkunu ilhom reġistrati iktar minn ħames snin u li jkunu konformi mal-liġi dwar organizzazzjonijiet volontarji, jiddaħħal limitu massimu ta’ elf ewro, li dawn l-organizzazzjonijiet iħallsu meta jagħmlu appelli quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

Strateġija ġdida għat-turiżmu

Il-Ministru Scicluna qal li fis-sena li ġejja se tkun addodata strateġija ġdida għat-turiżmu b’viżjoni għal 2025. Din l-istrateġija se tinkludi fiha t-tnaqqis tal-istaġjonalità u li jkun hemm aktar titjib fil-konnettività ta’ pajjiżna f’kull żmien tas-sena.Aqra aktar

Send this to a friend