Budget 2019 | One News - Part 5

Notifiki

Konsultazzjoni mal-Privat biex jingħata depożitu fuq kontenituri tax-xorb

Il-Gvern ħabbar li tul is-sena d-dieħla se jibdew diskussjonijiet biex jintlaħaq ftehim dwar il-konsultazzjoni biex is-settur privat jibda’ jopera skema ta’ depożitu fuq kontenituri tax-xorb.

Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif mis-sena d-dieħla, id-diskussjonijiet se jiffukaw fuq li jsir konsortju magħmul minn operaturi u importaturi, biex jiġi maqbul l-aħjar mod biex din l-iskema tiġi implimentata.

Il-Gvern se jestendi diversi skemi dwar trasport alternattiv

L-iskema tal-għotja fuq roti jew roti elettroniċi li hi ekwivalenti għal refund sħiħ tal-VAT, se tiġi estiża għal sena oħra. L-iskema introdotta fil-baġit għal din is-sena, dik li jinċentiva wkoll ix-xiri ta’ muturi, scooters u roti assistiti b’mutur tal-elettriku għal massimu ta’ €400, se tiġi estiża għas-sena d-dieħla.Aqra aktar

Trasport pubbliku b’xejn għal studenti minn 14-il sena ‘l fuq

Studenti minn 14-il sena ‘l fuq issa se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn trasport b’xejn.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Edward Scicluna spjega kif wara li din is-sena l-Gvern estenda l-għoti tal-Linja Card b’xejn għal 21,000  żagħżugħ u żagħżugħa fl-età ta’ bejn 16-il sena u l-20 sena, liema skema  kienet ta’ suċċess enormi, ibbenefikaw minn din il-miżura.Aqra aktar

Investiment fit-toroq ta’ €100 miljun fis-sena li ġejja

Il-pjan ta’ €700 miljun biex isiru toroq kollha tal-pajjiż, inkluż Għawdex, fuq seba’ snin, beda. Fis-sena li ġejja, il-Gvern qed jippjana li jsir xogħol fuq toroq b’investiment ta’ mitt miljun ewro.

Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif dan juri biċ-ċar l-importanza li lest joffri dan il-Gvern lil dan il-qasam li kien ilu fuq fomm kulħadd għal għexieren ta’ snin. Dan huwa erba’ darbiet aktar milli kien jiġi vvutat qabel.

Aqra aktar

L-iskemi tal-first-time buyers u second-time buyers se jkunu estiżi għal sena oħra

Il-Gvern ħabbar li diversi skemi ta’ tnaqqis fit-taxxa tal-boll li daħħal Gvern Laburista fl-aħħar snin se jkunu etiżi għal sena oħra.

Dawn jinkludu l-iskema tal-first-time buyers, second-time buyers, propjetà vakanti f’żoni tal-konservazzjoni Urbana, xiri ta’ djar f’Għawdex, kif ukoll skemi ta’ rifużjoni ta’ spejjeċ fuq xogħol ta’ restawr.

700 unit ta’ housing soċjali ġdid b’investiment ta’ €50 miljun

Il-Gvern se jkompli l-proġett tal-bini ta’ 500 appartament ta’ housing soċjali bl-għajnuna tal-Bank tal-Investiment Ewropew u l-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill Ewropew, filwqt li se jibda’ proġett ta’ bini ta 700 unit għal housing soċjali ġdid b’ investiment ta’ €50 miljun. Parti minn dan l-investiment, li tħabbar ftit tal-ħin ilu mill-Ministru Edward Scicluna fid-diskors dwar il-baġit, ġej mill-Fond Soċjali u ta’ Żvilupp Nazzjonali, l-NSDF. Aqra aktar

Send this to a friend