Budget 2019 | One News - Part 4

Notifiki

Baġit 2019: Miżuri ġodda li jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji – it-tieni baġit bla taxxi

Fl-istess jum li sar magħruf li Malta rreġistrat l-akbar surplus fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea matul l-2017, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ppreżenta t-tieni baġit tal-leġislaturi l-ġdida b’sensiela ta’ miżuri ġodda u oħrajn estiżi li se jkomplu jifirxu l-ġid li qed jinħoloq fost il-familji Maltin u Għawdxin. Aqra aktar

Ser tibda titħawwel siġra għal kull vettura ġdida

Ma’ kull karozza li tiġi impurtata f’pajjiżna il-Gvern se jkun qed iħawwel siġra. Din il-miżura se tkompli ma’ dik introdotta is-sena l-oħra fejn ma kull wild se tkun ukoll qed tinżera siġra.

Din mhix l-uniku miżura favur l-ambjent imħabbra fil-baġit hekk kif il-Ministru Edward Scicluna ħabbar ukoll li matul is-sena li ġejja se jibdew id-diskussjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim ma’ konsorzju magħmul mill-operaturi u importaturi tal-fliexken tal-plastik. Dan sabiex tibda titħaddem l-iskema tal-ġbir tal-kontenituri tax-xorb sabiex jitnaqqas ir-rimi tal-plastik b’mod illegali u jiżdied il-plastik li jkun riċiklat.Aqra aktar

Jitlesta l-mudell ġeoloġiku tal-mina bejn Malta u Għawdex

Il-Gvern qed iżomm l-impenn tiegħu biex jibni konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex.

Il-mudell ġeoloġiku ta’ taħt il-baħar fiż-żona ta’ interess tlesta, u matul ix-xahar li għadda kien sar seminar bil-għan li jkunu spjegati s-sejbiet minn dawn l-investigazzjonijiet.

Dawn l-istudji se jiffurmaw il-bażi għad-disinn tal-mina.

Maltin li jingħataw trattament mediku f’Għawdex se jingħataw rifużjoni tal-biljett tal-vapur

L-għajnuna finanzjarja li tingħata taħt l-iskema travel reimbursement for patients undergoing treatment cancer at Mater Dei, li tingħata lill-pazjenti Għawdxin li jiġu Malta għal trattament mediku, se tiġi riveduta billi tingħata wkoll lill-adult li jkun qed jakkumpanja lill-pazjent.

Din se tingħata wkoll lill-pazjenti Maltin li jmorru għal trattamenti f’Għawdex. Se tingħata wkoll allowance addizzjonali biex ittaffi l-piż tal-akkomodazzjoni f’Malta jew f’Għawdex skont il-każ.Aqra aktar

Se jitwaħħlu kameras f’Paċeville biex iħarsu s-sigurtà

Fil-lokalità ta’ Paceville se jkunu qed jiġu installat kamera bl-aħħar teknoloġija sabiex jiġi mħares is-sigurtà fejn jinħtieġ.

Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif għadu kif twaqqaf il-Joint Innovation Centre (JIC) sabiex jiġi żviluppat l-kunċett ta’ Safe City għal bżonnijiet ta’ Malta. B’Safe City nifhmu l-użu tà teknoloġiji avvanzanti fl-qasam tat-telekomunikazzjoni, sorveljanza viżiva, u l-informatika bil-għan li tissaħħaħ s-sigurtaˋ fejn ikun jinħtieġ.Aqra aktar

Send this to a friend