Budget 2019 | One News - Part 3

Notifiki

Aktar investiment f’Għawdex

Il-budget għas-sena d-dieħla huwa sensittiv għall-bżonnijiet tal-Għawdxin, speċjalment għal dawk il-pazjenti li jridu jaqsmu l-fliegu.

Mill-bidu tas-sena d-dieħla, kull pazjent li jieħu trattament jew ikollu bżonn jagħmel intervent fl-isptar f’Malta jew dak f’Għawdex u b’hekk ikollu jaqsam iż-żewġ gżejjer mhux biss se jieħu rifużjoni tal-biljett tal-vapur tal-pazjent u l-adult li jakkumpanjah, iżda se jgawdi minn għotja addizzjonali. Din l-għotja mistennija tkompli itaffi l-piż tal-akkomodazzjoni meħtieġa f’Malta u f’Għawdex.

Għall-ewwel darba l-ħaddiema kollha Għawdxin li jiġu jaħdmu f’Malta se jgawdu minn rifużjoni tal-biljett tal-vapur. B’din il-miżura hu stmat li se jintlaqtu madwar 3,000 Għawdxi, għal kontra ta’ dak li kien jiġri qabel meta kienu jgawdu biss l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern.

Aqra aktar

Is-saħħa u l-edukazzjoni jissaħħu

Il-ħidma tal-Gvern fis-saħħa u fl-edukazzjoni se tkompli tiġi kkonsolidata fil-budget għas-sena d-dieħla.

Iżda hemm ukoll miżuri li mistennija jkomplu jagħmlu differenza għall-aħjar f’ħajjet in-nies.

Konxju mill-fatt li s-saħħa mentali għadha tabù u l-istigma dwar dan trid titkisser, il-Gvern se jsaħħaħ il-faċilitajiet għal kura tas-saħħa mentali.

Il-Gvern se jinvesti fi klinika tas-saħħa mentali fit-Tramuntana ta’ Malta, kif ukoll ċentru ta’ matul il-jum u hostels li jkunu jistgħu jżommu pazjenti bi problemi minuri ta’ natura mentali biex jibqgħu jgħixu fil-komunità.

Fid-dawl li anki l-kuxjenza dwar l-awtiżmu qed tisaħħaħ, se tiġi żviluppata klinika speċjalizzata fl-iskola primarja tal-Marsa li tipprovdi terapija f’waqtha lil tfal affettwati bl-awtiżmu.Aqra aktar

Investiment ta’ €100 miljun fit-toroq ta’ pajjiżna

Wara li fl-aħħar xhur tlesta ħafna xogħol f’għadd ta’ toroq arterjali f’pajjiżna li għen biex jitħaffef it-traffiku f’bosta żoni ewlenin, matul is-sena d-dieħla l-Gvern se jinvesti €100 miljun għall-bini ta’ toroq ġodda bħala parti mill-pjan tal-Gvern li jinvesti €700 miljun biex jibni t-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex.

Il-Ministru għall-Finanzi qal li l-investiment li se jsir is-sena d-dieħla juri biċ-ċar l-importanza li lest joffri l-Gvern lil dan il-qasam li kien ilu fuq fomm kulhadd għal ghexieren ta’snin. Qal li n-nefqa tal-Gvern hija erba’ darbiet aktar milli kienet qabel.

Il-Professur Scicluna qal l-Gvern jinsab fiduċjuż li t-toroq li huma maħsuba li jsiru matul is-sena d-dieħla, isiru kollha u fi żmien stipulat.

Ħabbar li l-Gvern se jalloka miljun ewro għall-ewwel sena biex Infrastruttura Malta tibda proġett ta’ ġonna urbani li jsebbħu u jkunu post ta’ rikreazzjoni bħala parti mill-proġetti li jsiru.Aqra aktar

Send this to a friend