Budget 2018 | One News - Part 6

Notifiki

€10,000 għal dawk li jadottaw minn barra l-pajjiż

Il-baġit għas-sena d-dieħla ħaseb biex jtejjeb l-għixien ta’ kull individwu billi se tingħata għajnuna sa massimu ta’ €10,000 biex jiġu kopruti spejjeż għall-adozzjoni ta’ tfal minn barra l-pajjiż.

B’dan l-ammont se jkun qed ikopri parti mill-ispejjeż, inkluż fuq vjaġġar, li ġenituri adottivi jagħmlu biex jadottaw wild.

Din l-għotja se tkun tapplika ukoll għal dawk li diġà bdew tali proċess adottiv u għadu ma ntemmx.

Żieda ta’ €8.15 għall-carers

Il-baġit għall-elfejn u tmintax se jolqot b’mod pożittiv ukoll lil dawk li jieħdu ħsieb lil membru ieħor tal-familja tagħhom.  Dawn se jirċievu żieda addizzjonali ta’ €8.15 fil-ġimgħa.

Dan ifisser ħlas addizzjonali ta’ €8.15 fil-ġimgħa għal kull membru ieħor tal-familja jekk persuna miżżewġa titlef id-dritt għal xi għajnuna soċjali oħra jekk tkun intitolata għall-allowance miżjuda.

F’dan il-każ id-dħul u l-kapital tal-familja, eskluż l-allowance miżjuda, ikun jissodisfa l-evalwazzjoni tal-mezzi għall-għajnuna soċjali.

Se tonqos b’sena l-istennija tat-tapering tal-benefiċċju soċjali

Dawk li jibbenefikaw mis-sistema tat-tapering tal-benefiċċji soċjali, il-perjodu ta’ stennija li bħalissa qiegħed sentejn, se jinżel għal sena.

Dawk li jkunu ilhom għal mill-inqas sentejn fit-tliet snin ta’ qabel jgħixu fuq il-benefiċċji soċjali, jekk isibu xogħol ma jitilfux il-benefiċċji kollha f’daqqa imma jonqsulhom gradwalment. Sal-lum ibbenefikaw ’il fuq minn 3,000 persuna minn din il-miżura, li minnhom tnejn minn kull tlieta huma nisa.

L-ewwel benefiċjarji li daħlu f’din l-iskema tliet snin ilu u issa għaddielhomit-terminu ta’ tliet snin, qegħdin jibqgħu fil-maġġoranza tagħhom fid-dinjatax-xogħol u mhux jerġgħu lura fuq il-benefiċċji soċjali.

Fil-baġit ġie mħabbar li biex din il-miżura tkompli tinfirex, il-perjodu ta’ stennija biex wieħed ikun jista’ jibbenefika għat-tapering tal-benefiċċji se jitnaqqasminn sentejn jgħix fuq il-benefiċċji soċjali għal sena biss.

B’hekk ikun hemm transizzjoni aktar mgħaġġla mid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali għad-dinja tax-xogħol u jkompli jitnaqqas l-faqar b’mod attiv.

L-in-work benefit se jiżdied €100 għal kull wild

Għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-in-work benefit permezz ta’ żieda ta’ għotja ta’ flus għal kull wild.

Il-Gvern din is-sena se jkun qed iwieżen aktar lil koppji fejn wieħed mill-ġenituri biss jaħdem. Għalhekk is-sena d-dieħla l-ogħla rata ta’ In-Work Benefit għal din il-kategorija se titla’ minn €350 għal €450 għal kull wild waqt li l-inqas rata se titla’ minn €52 għal €75 għal kull wild.

B’dan il-mod, xorta jibqa’ l-inċentiv li jekk it-tieni ġenitur jidħol fid-dinja tax-xogħol, xorta jkun jaqblilhom għax l-ogħla rata ta’ In-Work Benefit li jistgħu jirċievu titla’ għal €1,200 għal kull wild.

€10.5 miljun oħra għall-inġustizzji tal-passat

Fil-baġit tas-sena l-oħra tħabbar li se jitwaqqaf fond li minnu se jibdew jingħataw ħlasijiet għal anomaliji li setgħu nħolqu tul is-snin minħabba tibdiliet fis-sistema tal-pensjonijiet li ħolqu anomaliji, jewgħal raġunijiet oħrajn.

L-eks-ħaddiema tal-korpi tas-snin sebgħin, l-eks-ħaddiema tax-xatt, l-eks ħaddiema tal-ex-Malta Electricity Board u l-pulizija, bdew jirċievu ċ-ċekkijiet li kienu mwegħda. Din is-sena se jkunu qegħdin jitħallsu ’l fuq minn €11-il miljun lil aktar minn 6,000 benefiċjarju jew l-eredi tagħhom.

Għas-sena d-dieħla, l-Gvern se jalloka €10.5 miljun biex ikomplu jiġu indirizzati l-inġustizzji tal-passat.

Żieda fil-pensjoni ta’ 90,000 pensjonant

Għal sentejn wara xulxin, fl-2016 u fl-2017, Gvern Laburista daħħal diversi miżuri għal firxa wiesgħa ta’ pensjonanti li wasslu biex il-pensjonijiet reġgħu bdew jiżdiedu b’mod sostanzjali wara 25 sena.

Is-sena d-dieħla, għat-tielet sena, il-Gvern se jżid il-pensjonijiet.

Kull pensjonant se jkun qed jingħata żieda fil-pensjoni kontributorja u anke mhux kontributorja ta’ €2 fil-ġimgħa.

Minn din il-miżura, se jkunu qegħdin jibbenefikaw ’il fuq minn 90,000 pensjonant u se jkunu qegħdin jieħdu total ta’ €9 miljuni.

Ċekk għal kull min jaqla’ inqas minn €60,000

Miżura oħra li se tkun imwettqa hija li se tkun qed tkompli titnaqqas it-taxxa fuq ix-xogħol.

Dan it-tnaqqis ta’ ħlas ta’ taxxa, se jingħata lil kull ħaddiem li jaqla’ inqas minn €60,000. Għall-ewwel darba se jiddaħħal ukoll il-prinċipju li anke dawk il-ħaddiema li ma jħallsux taxxa, se jibbenefikaw.

Fil-fatt dawk bl-inqas dħul se jingħataw l-massimu ta’ din l-għotja.

Għas-sena d-dieħla, kull min jaħdem, sew jekk full-time jew part-time, se jirċievi ċekk ta’ darba fejn l-ammont li se jitħallas ikun ivarja minn €40 għal massimu ta’ €68, skont id-dħul gross mix-xogħol tal-individwu li jkun daħħal fis-sena ta’ qabel.

B’din il-miżura, li se tiswa lill-Gvern €10.6 miljuni, se jibbenefikaw ftit inqas minn 200,000 persuna li qegħdin fis-suq tax-xogħol.

Żieda ta’ ġurnata oħra leave

Sabiex il-familji Maltin u Għawdxin ikomplu jgawdu minn kwalita’ tal-ħajja aħjar, il-Gvern se jibda jwettaq il-wegħda tiegħu li jagħti lura l-btajjel pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa u li dawn kienu ttieħdu minn Gvern Nazzjonalista.

Aqra aktar

Send this to a friend