Budget 2018 | One News - Part 2

Notifiki

Żieda fil-pensjoni ta’ 90,000 pensjonant

Il-baġit għas-sena dieħla se jara eluf ta’ pensjonanti jgawdu minn żieda fil-pensjoni tagħhom.

Din hija t-tielet sena konsekuttiva li l-Gvern se jkun qed jgħolli l-pensjonijiet wara li kienu ilhom ffriżati għal ħamsa u għoxrin sena.

Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li b’nefqa ta’ disa’ miljun ewro fis-sena, mad-disgħin elf pensjonant (90,000) se jgawdu minn żieda ta’ żewġ ewro oħra fil-ġimgħa. Dan minbarra ż-żieda ta’ ewro u ħamsa u sebgħin ewro fil-ġimgħa bħala kumpens għall-għoli tal-ħajja.

Matul is-sena d-dieħla se tkompli r-riforma kbira favur il-ħelsien mit-taxxa fuq il-pensjonijiet li diġà gawdew minnha 22,000 pensjonant tant li 9,000 minnhom ma baqgħux iħallsu taxxa. Aqra aktar

Kwalità tal-ħajja aħjar għal kulħadd

Sabiex il-familji Maltin u Għawdxin ikomplu jgawdu minn kwalita’ tal-ħajja aħjar, il-Gvern se jibda jwettaq il-wegħda tiegħu li jagħti lura l-btajjel pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa u li dawn kienu ttieħdu minn Gvern Nazzjonalista.

B’hekk mis-sena d-dieħla l-ħaddiema Maltin u Għawdxin se jibdew igawdu aktar ħin mal-familja tagħhom biż-żieda ta’ ġurnata leave oħra.

Għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-in-work benefit permezz ta’ żieda ta’ għotja ta’ flus għal kull wild.

Aqra aktar

Housing soċjali u affordabbli

Fil-baġit għas-sena d-dieħla l-Gvern tabilħaqq huwa impenjat li jgħin fil-qasam tal-housing soċjali u biex il-housing ikun affordabbli.

Bis-suq tal-kera kull ma jmur qed ikun ta’ sfida, dan il-qasam huwa relatat mal-housing soċjali.

Huwa għalhekk li l-Gvern se jkun qed joħroġ White Paper li mistennija tesplora deċiżjonijiet importanti fosthom li l-kuntratti tal-kirjiet jirregolaw b’kemm tista’ togħla l-kera u għal kuntrarju tas-snin passati, il-Gvern mhux se jħalli s-suq tal-kera jsuq.Aqra aktar

MALTA INLESTU GĦALL-FUTUR

Fl-ewwel budget li ressaq il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna f’din it-tieni leġislatura ta’ Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Minsitru Joseph Muscat, il-baġit ippreżentat illejla jaħseb biex ilesti lil Malta għall-futur.
Il-biċċa l-kbira tal-miżuri mħabbra huma msejsa fuq il-programm elettorali tal-gvern il-ġdid. Fost oħrajn, tħabbar li kull min jaqla’ anqas minn 60,000 ewro se jibbenefika minn tnaqqis fit-taxxa b’ċekk.

Kif imwiegħed, il-ħaddiema se jibdew jingħataw lura l-btajjel pubbliċi li kienu jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa li nsterqu minn Gvern Nazzjonalista.

Il-baġit jaħseb ukoll li jindirizza l-problema dwar is-suq tal-kera fosthom permezz ta’ White Paper li permezz tagħha se jinħoloq qafas legali li jkun ġust kemm mas-sid u kemm mal-kerrej.

Fl-istess waqt tnieda incentiv ġdid għas-second time buyers waqt li ż-zgħazagħ ta’ bejn is-16 u l-20 sena se jivvjaġġaw b’xejn bit-tal-linja card.
Aqra aktar

Send this to a friend