Budget 2018 – One News

Notifiki

Spettaklu kbir fil-Port il-Kbir f’Sette Giugno

Nhar il-Ħamis sebgħa ta’ Ġunju se ssir il-Pageant of the Seas, li tifforma parti mill-kalendarju tal-attivitajiet b’rabta mal-Valletta elfejn u tmintax.

Bil-Port il-Kbir fl-isfond, it-Tnejn wara nofsinhar tħabbar il-programm ta’ din l-attivita, li qed tara r-ritorn wara li kienet saret fl-elfejn u sittax.

Iċ-chairman tal-Valletta elfejn u tmintax Jason Micallef spjega kif għal din l-attivita saret ħidma biex dik li saret sentejn ilu tkun ferm ikbar fid-dawl taċ-ċelebrazzjonijiet b’rabta mal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.Aqra aktar

200,000 ruħ se jgawdu minn rifużjoni tat-taxxa

Miżura mħabbra fid-dokument tal-baġit għas-sena elfejn u tmintax se tkun qed tara madwar mitejn elf persuna jirċievu ċekk bħala rifużjoni tat-taxxa.

B’din il-miżura kienet wegħda elettorali u minnha se jkun qed jibbenefika kull impjegat li jaqla anqas minn sittin elf ewro fis-sena. Dan ifisser li dan iċ-ċekk mhux biss se jkunu qed jirċevuh dawk li jaħdmu fuq bażi full-time iżda anke impjegati li jaħdmu fuq bażi part-time.

Aqra aktar

IL-BUDGET MAL-EWWEL DAQQA T’GĦAJN

  • ŻIEDA TA’ ĠURNATA OĦRA LIV
  • AKTAR TNAQQIS TA’ TAXXA GĦAL KULL MIN JAĦDEM
  • ŻIEDA TA’ €2 FIL-ĠIMGĦA GĦAL KULL PENSJONANT
  • €10,000 RIMBORS TA’ SPEJJEŻ GĦAL ADOZZJONI TA’ TFAL MINN BARRA L-PAJJIŻ
  • WARA 8 SNIN SE TIŻDIED IL-FOSTER CARE ALLOWANCE
  • REFUND TAT-TAXXA TAL-BOLL GĦAL MIN JIXTRI L-EWWEL U T-TIENI DAR
  • IŻ-ŻIEDA GĦALL-GĦOLI TAL-ĦAJJA GĦAS-SENA D-DIEĦLA SE TKUN TA’ €1.75 FIL-ĠIMGĦA
  • ESTENSJONI TAL-ISKEMA TAL-IN-WORK BENEFIT
  • TNAQQIS BIN-NOFS TAL-PREZZ TAL-EŻAMIJIET TAS-SEC U L-MATSEC
  • TALLINJA CARD B’XEJN GĦAL DAWK BEJN 16-20 SENA
  • SOCIAL LOANS BIEX AKTAR PERSUNI JSIRU SIDIEN TA’ DJARHOM
  • AĠĠUSTAMENT GĦALL-IMPJEGATI BIL-PAGA MINIMA
  • GOVERNMENT SAVINGS BONDS GĦALL-PENSJONANTI
  • €10.5 MILJUN OĦRA BIEX IKUNU NDIRIZZATI INĠUSTIZZJI TAL-IMGĦODDI
  • WHITE PAPER DWAR HOUSING AFFORDABBLI
  • XOGĦOL INFRASTRUTTURALI F’160 TRIQ RESIDENZJALI FL-2018
  • ESTENSJONI TAS-SERVIZZ TAL-IVF
  • €4.9 MILJUNI GĦAL PAGAMENTI EX-GRATIA GĦAL MIN KIEN IRREĠISTRA L-VETTURA FL-2007
  • €8.15 FIL-ĠIMGĦA FL-ALLOWANCE GĦALL-CARERS
  • SE TINFETAĦ SKEMA TA’ FIDI TA’ ĊNUS
  • TINQATA’ 20% INQAS MILL-PENSJONI T’ANZJANI LI JAGĦTU LURA L-POST TAL-GVERN MIKRI LILHOM META JMORRU F’DAR TAL-ANZJANI
  • INĦEĠĠU IKTAR INDIVIDWI JKOMPLU B’KORS POST-GRADUATE

Uħud mill-ħafna miżuri li ffurmaw il-baġit għas-sena d-dieħla. Baġit li fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat “ta ħafna u ma ħa xejn”.

Negattiv bi proposta waħda li żżid il-piżijiet- Partit Laburista

 

Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista ddeskriviet l-uniku proposta ta’ Delia, dik tas-second pillar pension bħala piż fuq il-ħaddiem u min iħaddem. Delia lanqas kien jaf kemm hu l-prezz tal-fuel attwali u ma fehmx li dan il-Gvern il-piż inaqqsu mhux iżidu.

meta rreaġixxa b’mod negattiv għall-baġit, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li jrid is-second pillar pension. Proposta li żżid il-piż fuq il-ħaddiem u min iħaddem. Delia, li lanqas jaf kemm hu l-prezz tal-fuel, ma fehemx li dan il-gvern il-piżijiet inaqqashom u mhux iżidhom.

B’kuntrast għal dak li qal li lest li jgħin lill-Gvern huwa reġa’ rrifjuta li jinnomina membru fuq il-Kumitat tal-Iskart.

Tassew li l-mod il-ġdid huwa agħar minn ta’ qablu.

Delia jinqabad f’gidba

IL-Kap tal-PN Adrian Delia inqabad f’gidba oħra dwar il-prezzijiet tal-fuel. Wara l-kritika qawwija tiegħu dwar il-prezzijiet tal-fuel f’Malta, meta mistoqsi minn ONE news huwa ddikjara li f’Malta il-prezzijiet huma ogħla mill-medja Ewropea. Madankollu ma kienx jaf li infatti f’Malta l-prezz medju tal-fuel huwa 4 ċenteżmi orħos.

Aktar tnaqqis ta’ taxxi għal kull min jaħdem

F’Baġit fejn ma tħabbret l-ebda taxxa ġdida, il-kumpens għaż-żieda għall-għoli tal-ħajja s-sena d-dieħla se jkun ta’ ewro u ħamsa u sebgħin ċenteżmu fil-ġimgħa.

Din iż-żieda se tingħata lill-impjegati, lill-pensjonanti u lil dawk kollha li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali. Bħalma sar fl-aħħar snin, l-istudenti se jkunu qegħdin jerġgħu jieħdu din iż-żieda pro rata fl-istipendju.
Aqra aktar

Send this to a friend