Bloggers – Page 31 – One News

Notifiki

Il-qtil tal-Parlamentari Ingliża u s-sigurtà f’Malta

L-assassinju tal-membru Parlamentari Laburista Ingliża Jo Cox  ixxukkja mhux biss lill-Ingliżi iżda lil ħafna pajjiżi oħra fid-dinja li forsi ma kienux jagħtu każ biżżejjed kemm persuni pubbliċi – quddiem nett jiġu l-politiċi – jistgħu jkunu esposti għal kull tip ta’ mira,  inkluża dik ta’ mħuħ li faċilment jistgħu jiġu influwenzati bla ebda bilanċ favur jew kontra xi ħadd.

Aqra aktar

Lil min qdejna

Fil-ġimgħat li wasslu għall-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista smajna ħafna dwar min forsi ma nqediex jew min qed isofri minn xi inġustizzja.

Hemm każi reali li jeżistu u jkun tajjeb ħafna li jkunu indirizzati, għax hekk biss ikollna ‘Malta Tagħna Lkoll.’

Aqra aktar

Sex it jew Sin

Ħassejtni qisni f’skeċċ ta’ Benny Hill. Ara naqra kif ġabitni din Ċesnina ta’ faċċata tiegħi żewġ bibien ‘l isfel! Xrift rasi mill-bieb u ttawwalt lejn ix-xellug. Bieb magħluq. Purtelli magħluqa. Tajjeb. Nista’ noħroġ. Ħaffift il-pass u wasalt għand tal-forn.

Aqra aktar

L-għażla l-kbira

Kien tmien snin ilu l-aħħar li indirizzajt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. Mhux għax ma bqajtx nattendi, iżda għax diskors f’konferenza m’għandux ikun ritwal li jsir kull sena.Aqra aktar

Għadhom ifeġġu nies kbar fid-dinja?

‘Epidemija ta’ mewt ta’ nies ċelebri’ – hekk laqqam dis-sena l-magażin influwenti Newsweek meta ntebaħ li s’issa l-2016 ġabet magħha l-mewt ta’ nies ċelebri fosthom l-aktar riċenti l-bokser Muhammed Ali, David Bowie, il-filosfu Taljan Umberto Eco, il-perit Iraqqina Zaha Hadid, Tony Dyson, il-professur li vvinta r-robot R2-D2 ta’ Star Wars, l-attur taċ-ċinema, b’wiċċ fabbli George Kennedy,  Harper Lee li kitbet To Kill A Mocking Bird, l-attur Alan Rickman li deher fil-films ta’ Harry Potter, l-eks First Lady Amerikana Nancy Reagan, il-footballer Olandiż Johan Cruyff, l-attur-direttur  Giorgio Albertazzi u l-politku radikali-non-vjolenti Marco Pannella, kif ukoll l-istoriku Franċiż Alain Decaux, u sintendi Prince.  Is-Sunday Times ta’ Londra stħajjlet li qiesu ħarab xi qattiel serjali u qed jiġri mas-saqajn fuq il-pjaneta.

Aqra aktar

Sforzi li qed jisfaxxaw fix-xejn

L-isforzi kollha li pprova jagħmel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Simon Busuttil fl-aħħar xhur biex jagħti x’jifhem li huwa biddel il-partit tiegħu qed jisfaxxaw fix-xejn. Il-qalb miġugħa ta’ ħafna  Nazzjonalisti li fl-aħħar elezzjoni ma vvotawx lill-Partit Nazjzonalista mhux biss tidher li għadha hemm, iżda qed tikber.

Biex tirbaħ il-fiduċja tan-nies ma tridx tkun superfiċjali iżda trid tkun lest li xxamar il-kmiem, tisma’, u taċċetta fejn tkun żbaljajt.  Trid tkun kapaċi tnaddaf partit u tieħu deċiżjonijiet, anke jekk iebsin.

Aqra aktar

Sogħbiet u apoloġiji politiċi

Iż-żjara tal-President Amerikan Obama fil-Ġappun dil-ġimgħa ġabet magħha għadd ta’ riflessjonijiet politiċi li jeħduna lura lejn is-6 t’Awissu tal-1945 meta t-Tieni Gwerra Dinjija ntemmet darba għal dejjem b’azzjoni mdemmija wara li l-Istati Uniti tefgħet bomba atomika fuq Ħiroxima u qatlet 140,000 ruħ, bosta minnhom ċittadini komuni.

Aqra aktar

Tgħid ma’ min se jiltaqa’ għada?

Għada l-Ħadd, u għalkemm darba kien qal li ma jridx attivitajiet politiċil l-Ħadd, Simon Busuttil jagħmel messaġġ politiku żgur.

Jekk hux f’każin jew intervista jiddeċiedi skont l-attendenza li jaħseb li jista’ jkollu. Peró jkun fejn ikun hemm ċans kbir li se jgħidilna li ltaqa’ ma’ xi ħadd u qallu storja. M’għandniex xi ngħidu din se tkun storja negattiva. Għax toħroġ il-għaġeb ma’ kull minn jiltaqa’ l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu problema jew għaddej minn mument ħażin.

Aqra aktar

Jekk kont se tiżżewweġ, ħassar

Jekk int xi wieħed jew waħda minn dawk li f’dawn ix-xhur se tkun qed tgħid is-signor si jew qed tippjana għas-snin li ġejjin, jaf aħjar tħassar kollox.

Il-Membru tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, qed tgħid li ma tridx diskors fuq żwieġ sakemm fuq l-aġenda tad-diskussjoni għad hemm il-Panama. Xhieda oħra ta’ kemm għall-Partit Nazzjonalista l-ewwel hemm biss l-interess partiġġjan u xejn aktar.

Aqra aktar

Send this to a friend