Bloggers | One News - Part 3

Notifiki

Il-Musicals għadhom popolari!

Fis-snin imgħoddija, il-musicals kienu popolari ħafna u Hollywood kien jagħmel minn kollox biex, fost l-oħrajn, jaqbad l-aqwa produzzjonijiet mużikali fuq Broadway biex jikkonvertihom għal fuq il-liżar ċinematografiku bl-akbar stravaganza possibbli.

Min jista’ jinsa’ musicals bħal “Singin’ In the Rain” (1952), “West Side Story” (1961), “The Wizard of Oz” (1939), “The Sound of Music” (1965), “Mary Poppins” (1964), “My Fair Lady” (1964), “The King and I” (1956) u tant oħrajn.

Imbagħad il-musicals qieshom sparixxew.  Imma meta joħroġ xi wieħed, dejjem jirnexxu, speċjalment magħna l-Maltin.  Min jista’ jinsa’ s-suċċess fenominali li kellu s-sena l-oħra “Beauty and the Beast”, tant li skont l-NSO marru jarawh mal-64,000 u spiċċa l-film tas-sena.

Din is-sena kellna xalata ta’ musicals li kollha marru tajjeb.  Bdejna s-sena b’“The Greatest Showman” li għamel ġimgħatejn l-aktar film popolari mal-Maltin.  Fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju ħareġ “Mamma Mia! Here We Go Again” fejn reġgħet spikkat il-mużika tal-ABBA.  Minkejja n-nuqqas li nħass ta’ Meryl Streep, il-film għamel seba’ ġimgħat fil-quċċata tal-box office lokali.  Patta xi ftit bil-preżenza ta’ Cher li kantat (flimkien ma’ Andy Garcia), il-kanzunetta ‘Fernando’.  Cher kellha tidher ukoll fl-ewwel film li rajna għaxar snin ilu imma dak in-nhar kienet irrifjutat il-parti.

Issa f’dawn l-aħħar ġimgħat kellna “Bohemian Rhapsody” li fakkarna fil-kobor ta’ Freddie Mercury u sħabu tal-grupp maġiku Queen.  Issa ilu erba’ ġimgħat fil-quċċata tal-popolarità magħna l-Maltin u probabbli jdum aktar fost il-films li jmorru jarawh l-aktar. Aqra aktar

Ngħixu s-suċċess bil-fatti f’idejna

Il-Milied qiegħed joqrob ġmielu.  Dawk dilettanti tal-presepji għaddejjin bl-aħħar tħejjijiet tagħhom biex jikkuntentaw mill-aħjar li jistgħu lil dawk li ta’ kull sena l-gost tagħhom iżuru l-presepji.  Mhux biss.  Diġa bdejna naraw, ‘l hemm u ‘l hawn, xi Father Christmas imdendel mal-gallerija.  U t-toroq tal-Belt diġà nxtegħlu.Aqra aktar

Malta ċampjins tal-futbol

Ċampjins, iva. Malta ċampjins tal-futbol tat-timijiet li jispiċċaw dejjem l-aħħar u li l-livell dejjem nieżel ‘l isfel. It-tim Nazzjonali tal-futbol tagħna hekk spiċċa. Ngħidha kontra qalbi, għax jien inħobb lill-pajjiżi, inħobb il-futbol u nħobb lit-tim Nazzjonali li jirrapreżenta pajjiż sħiħ.

Imma dak li huwa iswed iridu ngħidulu iswed, u dak li hu abjad, iridu ngħidulu abjad.Aqra aktar

Ħalluh monument Nazzjonali!

Din il-kummiedja li qed isseħħ quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir trid tieqaf. Ma nistgħux nibqgħu inġebbdu b’dawn il-mutetti fejn erba’ min-nies iridu jibqgħu jinsistu li jfakkru l-memorja ta’ persuna propju fuq dan il-monument Nazzjonali – li jfakkar storja t’għaqda u qlubija fl-istorja ta’ pajjiżna. Għall-bidu kont ftit naïve fuqha din li saret velja quddiem il-Qorti u l-monument tal-Assedju l-Kbir għax ħsibt li kien avveniment temporanju, izda issa ttawwlet iżżejjed, fil-limiti tar-redikolaġni. Aqra aktar

L-allat tal-ipokresija

Is-7pm tal-bieraħ. Sar il-ħin sabiex il-Kap tal-Oppożizzjoni jindirizza Konferenza tal-Aħbarijiet, sabiex ikompli bil-farsa li beda biha fil-Parlament u joqgħod jiftaħ idu quddiem il-kameras u jgħid li l-Gvern ma riedx joqgħod jiddiskuti s-sensiela ġodda ta’ allegazzjonijiet dwar il-kumpanija 17 Black li qabel qalu kienet ta’ John Dalli u issa saret ta’ businessman.

Aqra aktar

“Full English Breakfast”…

Għal snin twal kienet saret kważi drawwa li nkun mistieden għal ftit jiem minn familja ta’ xi ħbieb Ingliżi u m’għandniex xi ngħidu kull filgħodu konna nagħmlu festa mill-Full English Breakfast li konna niġu offruti.  Ovvjament il-jiem ta’ wara kien ikun il-miżien li jagħmel festa meta kien jimmarka kemm inkunu żidna fil-piż!

Iżda l-ħajja tgħallimna li xejn mhu għal dejjem u mit-23 ta’ Ġunju 2016 ‘il hawn dawn il-ħbieb Ingliżi ma baqgħux iservuna l-Full English Breakfast tas-soltu.  Kienu jippreferu jżommuh għalihom waqt li lilna bdew iservuna toast u barra bid-daqq!

Riedu donnhom iwasslulna l-messaġġ li issa ladarba fir-Referendum il-poplu Brittaniku kien iddeċieda b’51.9% tal-voti li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, dak kollu li tradizzjonalment huwa marbut ma’ pajjiżhom kienu se jibdew iżommuh għalihom biss.  Issa li kien se jiskatta l-artiklu 50 sabiex r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropeja qishom riedu jagħmluha ċara li kien se jibda ikun hemm distinzjoni bejn l-affarijiet tar-Renju Unit u l-affarijiet Ewropej.Aqra aktar

Dak kemm jiswa?

Id-dritt għall-għażla huwa wieħed mit-tmien drittijiet bażiċi li għandna bħala konsumaturi. Dan id-dritt ifisser li fis-suq għandna nsibu prodotti ta’ kwalitajiet differenti bi prezzijiet differenti biex b’hekk inkunu nistgħu nagħmlu l-aħjar għażla skont il-bżonnijiet u l-but tagħna. Pero’ biex verament nagħmlu l-aħjar għażla, importanti li nkunu nafu x’hemm fis-suq u dan nistgħu nagħmluh biss billi nduru diversi ħwienet u naraw x’għandhom għall-bejgħ. Għażla ta’ xiri tajba tiddependi wkoll minn informazzjoni ċara u korretta fuq il-prodotti offruti għall-bejgħ.

Aqra aktar

Ta’ Venezja

Meta smajt li ġew tal-Kummissjoni ta’ Venezja biex jaraw x’għandna nagħmlu ħalli nkunu aħjar, moħħi mar lura lejn il-Kunsill tal-Ewropa li fih għamilt 17-il sena mill-ħajja politika tiegħi. Meta Ganni de Michelis kien Ministru tal-affarijiet barranin fl-Italja, għamel minn kollox halli jkabbar l-importanza tad-distrett tiegħu li kienet Venezja, post twelidu. Ganni de Michelis kien spiċċa fl-għawġ ukoll ma’ Craxi u fuq il-korruzzjoni. Sa fejn niftakar sewwa, u mhux spiss li mmur żmerċ, l-ewwel president tal-Kummissjoni kien Taljan, anzi Sqalli minn Bronte, Antonio La Pergola, li kien ukoll ministru soċjalista.

Aqra aktar

Lil din l-Art Ħelwa…

Memorja sabiħa li ma qatt ma ninsa fis-snin imbiegħda meta kont nattendi l-iskola primarja hija ta’ meta fi tmiem l-Assembly ta’ filgħodu tifel u tifla kienu jersqu lejn l-arblu fejn kien hemm imniżżla l-bandiera Maltija, u kienu jistennew lill-istudenti l-oħra tal-iskola li jibdew ikantaw l-Innu Malti sabiex itellgħu l-bandiera mal-kant tal-Innu.

Xi drabi l-Innu kien jispiċċa waqt li l-bandiera tkun għadha nofs triq biex imbagħad l-istudent li kien ikollu l-ħabel f’idejh kien jagħmel minn kollox sabiex jgħaġġel u jara li l-bandiera titla’ sa fuq nett. Aqra aktar

Send this to a friend