Bloggers | One News - Part 29

Notifiki

Standards à la carte

Kif jgħid il-Malti “bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil mexa’ ma’ dan il-qawl fuq il-każijiet kollha ta’ korruzzjoni li qamu fost il-membri tal-grupp parlamentari tiegħu stess. Simon Busuttil ma kienx kapaċi jieħu l-ebda azzjoni kontra dawk ta’ madwaru, anki quddiem fatti inkwetanti li ċanfru l-attitudni tal-istess membri parlamentari. Giovanna Debono, Joe Cassar, Toni Bezzina, Chris Said u l-bella kumpanija jafu xi ħaga dwar dan.

Aqra aktar

Jistħoqqilhom ċans wieħed

Għeżież ħaddiema tal-Air Malta,

Tajtu ċans lil Austin Gatt, lil Tonio Fenech u min jaf lil kemm il-konsulent barrani mħallas bil-mijiet tal-eluf ta’ ewro filwaqt li intom għamiltu s-sagrifiċċji.

Forsi għalhekk li f’dan il-mument, meta bdejtu tisimgħu fuq il-ħtieġa li kulħadd jiġbed ħabel wieħed biex insalvaw l-Air Malta,  ħafna setgħu qalu ‘imma kemm il-ċans se nkunu qed nagħtu.’Aqra aktar

U ejja, Simon!

Jien u nieżel mir-rawndebawt (bl-Ingliż roundabout) ta’ Santa Luċija lejn il-pjazza ta’ Raħal Ġdid, f’salib it-toroq ma stajtx inkompli nsuq. Waqafna f’daqqa. Bit-tlikki t-tlikki bdejt noqrob lejn iċ-Ċentru tas-saħħa (mhux dak il-proġett kbir ta’ Fearne qed ngħid, tax-Xrajber, dak li dalwaqt jibda jgawdi minnu l-poplu, l-ieħor li għad hemm bħalissa) u f’daqqa waħda skoprejt x’kien qed iżomm it-traffiku. Għax qegħdin sew ta aħna l-Maltin, ibda minni l-ewwel wieħed! Tlett karozzi l-aqwa li bil-ħażardlajts (bl-Ingliż hazard lights) mixgħulin, weqfin quddiem tal-pastizzi u mblukkaw il-lane.Aqra aktar

Fit-turiżmu mxejna qatigħ iżda fadal x’noffru

Ċert li lkoll kemm aħna naqblu li l-industrija tat-turiżmu lilna l-Maltin daħkitilna bis-sħiħ. Dlonk jiġi f’moħħna d-dħul finanzjarju li t-turisti jħallu fil-kaxxa ta’ Malta kull sena. Mhemmx dubju li dan hu l-akbar mutur tal-ekonomija tagħna, li ma jmexxix biss dak li naqilgħu bis-saħħa tat-turisti imma joħloq eluf ta’ mpiegi għalina l-Maltin u l-Għawdxin u saħansitra għal għadd ġmielu ta’ barranin li jgħixu fostna.Aqra aktar

Stop it, Simon!

Issa għadni kemm dħalt id-dar mill-għaxra tal-Ħadd imqaddes filgħodu. Is-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Moħħi mnixxef, bil-ġuħ u għajjien mentalment. Mmmm. Naf wieħed moħħu niexef, bil-ġuħ tal-poter akkost ta’ kollox u għajjien u fjak fl-argumenti tiegħu. Imma nsomma. Ma nibdewx.

Ma kienux is-seba’ gażżetti li nixtri kull nhar ta’ Ħadd filgħodu. Kif dort il-kantuniera kienet hemm tistenna, idejha marbutin, fuq banketta, ttektek il-karkur mal-ġebla tal-franka tal-għatba… tik tik tik .. tik tik tik.

Aqra aktar

“With all Modesty!”

Dawn in-Nazzjonalisti ħelwin. ‘With all modesty’ qalulna. Kemm huma nies umli Simon Busuttil u sħabu! Tismagħhom jitkellmu taħseb li d-dinja iddur madwarhom.

Kelliem għall-Oppożizzjoni tkellem ma ġurnal lokali fejn qal li l-Gvern għandu jilqa’ t-talba tal-Partit Nazzjonalista biex jassistih fin-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Qal li dan għandu jsir peress li għandhom l-esperjenza u l-kredibilità fl-Unjoni Ewropea. Iva mela, obdu għax tkellem l-oraklu!

Aqra aktar

Il-football jista’ jnessik tiftakar

L-aqwa tal-football Ewropew wasal. Dil-ġimgħa nilħqu l-quċċata tal-aktar tim b’saħħtu u konsistenti fil-bravuri tiegħu. B’xorti ħażina Malta qatt għadha ma resqet lejn xi tip ta’ fażi finali, fejn il-logħbiet jixxandru mal-erbat irjieħ tad-dinja. Nieħdu sodisfazzjon narawna rappreżentati. Iżda filwaqt li individwalment naslu niksbu anki d-deheb (bis-saħħa tal-bravu Chetcuti) meta niġu għal sforz ta’ tim, inbatu. X’inhi r-raġuni? Nuqqas ta’ dixxiplina, konsistenza, flus, viżjoni ċara, nies verament kapaċi li jwassluna għal dik il-kwalità internazzjonali? Wara li l-Iżlanda waslet tilgħab kontra Franza fil-kwarti tal-finali, wara li żammet qawwiet oħra bħall-Portugall u tajjret ‘il barra lill-Ingilterra, bħal donnu ma fadalx skużi. Fil-Eurovision għamilna qabża fil-kwalità iżda dak ukoll talent ta’ individwu.

Aqra aktar

L-istabbiltà ma tiġix mix-xejn

F’dawn l-aħħar jiem wieħed seta’ jħoss iktar kemm deċizjoni żbaljata tista’ ġġib instabbilità kbira f’pajjiż.  Qegħdin ngħixu żminijiet fejn fl-Ewropa ninnotaw pajjiżi li l-ekonomija tagħhom mhix daqshekk stabbli u saħansitra ninnotaw ukoll pajjiżi ġirien fejn hemm beżgħat kbar minħabba attakki terroristiċi li seħħ fuqhom.Aqra aktar

Il-pilloli li ilna nibilgħu

Iktar minn mitt mara ddeċidew li jagħmlu rikors biex f’pajjiżna tkun disponibbli b’mod iktar liberu (għax min jemmen li mhix?) il-pillola kontraċettiva magħrufa l-iktar bħala l-morning after pill.

Dlonk infetħu bibien is-sema’ b’ħafna fuq kull naħa jridu jgħidu tagħhom kemm jista’ jkun malajr.

Hemm min għamel dan għax fuq is-suġġett kien ilu jaħseb u forsi saħansitra rriċerka. Filwaqt li oħrajn jitkellmu għax jaħsbu li jistgħu joffru opinjoni fuq kollox, anke jekk kultant mhix l-iktar waħda infurmata.

Xi ftit ta’ opinjoni għandi jien ukoll.

Aqra aktar

Wara li r-Renju Diżunit joħroġ mill-Ewropa, x’imiss ?

Ftit kienu jobsru li David Cameron kellu jkun il-Prim Ministru Ingliż li qasam il-partit konservattiv, sfaxxa karriera politika, ta bidu għal proċess biex jiżżarma r-Renju Unit u ħoloq kriżi fl-Unjoni Ewropea li tista’ twassal għat-tmiem ta’ kif nafuha llum. Ħareġ għonqu f’attentat biex isalva kollox imma ġietu ħażin. Kif qal il-Guardian, ġurnal xellugi Ingliż, Cameron tilef u tellef kollox bil-kbir.

Aqra aktar

Send this to a friend