Bloggers | One News - Part 28

Notifiki

Poke (Si)mon Go

Bħalissa kulħadd ifittex il-pokemon. Smajt bi stejjer li barra minn Malta kien hemm min ħabat bil-karozzi, xi ħadd kaxkar xi stage miegħu u f’Malta, min taparsi sab wieħed f’xi wc f’Għawdex. Kulħadd iridu lil Pokemon. Nammetti li l-logħba, jekk trid isejjħilha hekk, għadni ma fhimtiex mija fil-mija u miniex ċert lanqas jekk hux din il-fuss li hawn fuqha hux esaġerat, iżda bħal kollox, illum pokemon, ilbieraħ yolo, ilbieraħt’lura planking u d-dinja sejra hekk.

Pero f’Malta qed nilgħabu logħba oħra wkoll. Dejjem inkunu avant garde aħna. Qed nippruvaw inftttxu l-kredenzjali tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Aqra aktar

Taf tistħi?

Li Claudette Buttigieg mhix ta’ livell ta’ shadow minister għas-settur tas-saħħa ilni naf. Intbaħt wara li segwetjha tagħmel żball wara ieħor bil-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne jkollu jfehma bil-paċenzja kollha bħal meta għalliem ifiehem student tal-primarja.

Iżda, tal-inqas kont nemmen li għandha d-diċenza li tistħi. Però donnu lanqas sa hawn ma wasalna.Aqra aktar

Deċiżjoni ċara

Il-bieraħ ħadt nifs ta’ mistrieħ meta smajt lill-Prim Ministru jgħid li ma jħossux komdu jagħti aktar art verġni lill-Freeport biex ikabbar l-operat tiegħu, speċjalment art li tkun viċin ir-residenti.

Mhux faċli li tieħu deċiżjoni simili iżda issa intqalet iswed fuq l-abjad. Madanakollu l-Prim Ministru ma waqafx ma dik id-deċiżjoni, anzi, Joseph Muscat offra alternattiva oħra sabiex jiġi żgurat li l-Freeport ikun jista’ jilqa’ għall-isfidi tiegħu u tal-pajjiż u fl-istess ħin bl-inqas inkonvenjent għar-residenti. Il-kunċett li Malta ssir hub loġistiku ilha miktuba fuq il-ħajt u għalhekk il-Gvern irrisponda billi identifika sit fiż-żona ta’ Ħal Far li se tkun qed tintuża bħala ċentru loġisitiku.

Aqra aktar

Ganga style

Tal-ganga mhux gangnam style. Apparti li bejn ganga u gangnam kull m’hemm differenza emme (m), emme għal mertu, emme għal meritokrazija u emme għal sentenza li tibda b’din l-ittra li Busuttil jużaha ħafna drabi għal dawk l-erbgħa ta’ ħdejh, “m’għamel xejn ħazin”, u enne (n) forsi għal nepotiżmu, id-differenza hija li wieħed hemm fiha PSY, li l-video tiegħu rawh aktar minn 2 biljun ruħ u n-naħa l-oħra hemm tal-Ganga, l-aħwa Said, Peter Paul Said, hu Chris Said, li ħa 139 biċċa xogħol waqt li xi ħadd minn żewġ ħutu (Charles Said u Edward Said) oħra kienu qed jokkupukaw il-kariga ta’ Sindku fin-Nadur.

Għax jekk il-gangam style għal PSY hija żifna partikolari, il-Ganga stylegħal tal-Ganga fin-Nadur hija li waqt li ħuk ikun Sindku, tieħu biċċa xogħol mingħandu, u jekk mhux waħda, forsi tnejn, tlieta u forsi 139. Imma ma ġara xejn b’daqshekk.

Aqra aktar

Of sausages and gravy!

“Imbasta ferfer iz-zalzetta fuq it-television, xkanawħ ‘l barra.. ħaħ ħaħ ħaj!”

Stenna ħalli ndaħħalkom ftit fix-xena. Mela kont għall-kwiet id-dar. Jien bniedem inħobb ħafna l-kwiet. Sakemm ma nsibx ruħhi bejn Ċensina ta’ faċċata tiegħi u qoxritha! Il-kwiet inkiser f’daqqa. Taf int tisma’ ħoss ġej mill-bogħod umbgħad tieqaf ftit minn dak li tkun qed tagħmel, tkemmex moħħok u twaqqaf widnejk biex tikkonċentra ħalli tara x’ikun qed jiġri. Leħinha ma tistax titfixklu hux. Ċensina kienet f’nofs argument. Ħriġt fil-kamra ta’ barra u ttawwalt minn bejn il-venetian blinds.Aqra aktar

Instabbiltà perikoluża

Matul il-lejl li għadda d-dinja assistiet għall-attentat ta’ kolp ta’ Stat minn sezzjoni tal-militar Tork. Ftit siegħat wara t-traġedja ta’ Nizza, il-kontinent Ewropew kellu jerġa’ jassisti għat-tixtrid tad-demm ta’ ċittadini innoċenti. Għalkemm iż-żewġ avventiment ma jidhrux relatati, xorta waħda għandhom effett komuni – il-mewt u biża’ fost il-poplu.

Aqra aktar

Imġienen

Hemm min jgħidlek li l-liġijiet li daħħal dan il-Gvern huma ġennata sħiħa. Ġennata għax il-Gvern qed jintrabat b’mod iebes ħafna li l-operat tiegħu, il-mod kif jaħdem, ikunu ddedati minn sett ta’ regoli li huma impenjattivi.

Ħafna jgħidulek, iva kien hemm għalfejn li ndaħħlu jew biex ikun korrett, noqgħodu niddiskutu l-liġi tal-istandards fost l-oħrajn, wara 25 sena li fihom ma sar xejn? Kif se nitrabbtu b’liġi din it-tip propju aħna f’nofs leġislatura, mank tajna ċans li jintemm il-mandat, imbagħad bħal ma kien jiġri qabel, naraw x’jiġri wara.

Kien hemm bżonn il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti?, u jekk kien hemm verament bżonnha kif ma kienx hemm il-finanzjament mill-istat kif kien ippropona l-PN? Kif daħlet il-liġi tal-whistleblowers u  t-tneħħija tal-preskrizzjoni? Għalfejn qed isir ir-riforma fil-lands? U l-aħħar iżda mhux l-inqas, għalfejn qed niftħu front ieħor mal-forzi konservattivi tal-pajjiż bit-tneħħija tal-vilifikazzjoni tar-reliġjon, liġi li ilha fis-seħħ mill-1933 u d-dikriminilizazzjoni tal-pornografija, għajr dik estrema?

Aqra aktar

Attakk f’Jum Simboliku

Jum Bastilja sar il-jum nazzjonali, magħruf aħjar bħala l-14 ta’ Lulju jew il-Festa tal-Federazzjoni, sena wara l-attakk fuq il-fortizza ta’ Bastilja Pariġi fl-1789.

“Ovvju li l-attakk li sar ilbieraħ apposta, fis-sens li ntgħażlet ġurnata simbolika li tħabbar il-ħelsien mid-despotiżmu tal-monarkija fi Franza,” saħaq Dr Charles Xuereb, storiċista li jsegwi x-xena soċjopolitika ta’ Franza. Aqra aktar

Ironija mdemmija

14 ta’ Lulju 1789 – il-poplu Franċiż jirrvela kontra s-simbolu tar-Reġim tat-Terrur, Bastillja, fejn ħafna kienu jinżammu arrestati.

14 ta’ Lulju 2016 – il-poplu Franċiż jikbi ġlieda oħra mitlufa ma’Reġim ieħor tat-Terrur, waqt li qed jiċċelebra l-ewwel gwerra mirbuħa 227 sena qabel.

X’ironija. Ironija mdemmija u ta’ swied il-qalb.

Aqra aktar

Send this to a friend