Bloggers – Page 27 – One News

Notifiki

Sajmin ta’ Ħawwadni

Emnuni kultant naqra u nisma’ ċertu affarijiet, niġi bejn ħaltejn. Nidħak jew nibki bikja bħal dawk tat-trabi meta ma tkunx taf x’il-marelli laqathom? Ma nafx. Ninsab imħawwad għall-aħħar, biex ma nużax espressjoni oħra Maltija. U mhux jien biss ma nafx tafux, imma anki l-imbierka Ċensina ta’ faċċata tiegħi żewġ bibien ‘l isfel!

Aqra aktar

Issa l-ħoss!

Kultant żmien tinbet idea ta’ petizzjoni minn xi ħadd fostna li ddejqu xi ħaġa u għalhekk ikun irid jeliminaha. Ikun hemm inizjattivi li jaqbdu, oħrajn inqas. Ir-referendum tal-kaċċa fir-Rebbiegħa huwa wieħed mill-iktar eżempji klassiċi għax tant inġabru firem li kien sfurzat vot popolari.

Aqra aktar

Double Standards b’Castillo u l-Facebook ukoll  

Donnha ttieħdet sew fil-Partit Nazzjonalista din tad-double standards.

L-aħħar wieħed fil-lista huwa Ivan Castillo tas-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista. Kumment fuq facebook ta’ uffiċjal fil-Ministeru ta’ Helena Dalli tant inkwetah li dlonk mar jippreżentalha ittra biex tkeċċih.Aqra aktar

Il-prezz tal-prosperità, il-Eurovision u l-Olimpjadi

Nazzjonijiet li jgawdu l-prosperità – u jidher li Malta, għalkemm dejjem fiċ-ċokon tagħha, tidher dieħla sew f’din il-kategorija – ma jistgħux ma jsirux multikulturali. U jekk issir multikulturali – jiġifieri s-soċjetà ma tibqax biss magħmula minn Maltin Insara iżda magħha jiżdiedu l-barranin ta’ diversi razzez u twemmin (jidher li fostna hawn 6.4 fil-mija barranin) – ifisser li hemm riskju tkunx tista’ tibqa’ ssib dak li jgħaqqad l-abitanti. Qiesu hawn qed jingħad li biex ikollok prosperità trid tħallas prezz. Anzi l-istoriku ekonomista Amerikan Todd G. Buchholz (fil-ktieb riċenti tiegħu The Price of Prosperity) jaħseb li nazzjonijiet għanja jista’ jkollhom sogru akbar minn oħrajn, li wara ċertu żmien, jissograw li jmorru ħażin. Huwa jsostni li nazzjonijiet kbar u għanja jistgħu jesperjenzaw i) nuqqas ta’ wild ii) kummerċ globalizzat iii) żjieda fid-dejn iv) tnaqqir tal-etika tax-xogħol u v) għajbien tal-patrijottiżmu.

Aqra aktar

Sajmin ta’ Alice

Kif dejjem ngħid, il-kwiet inħobbu wisq! U hekk kont, fil-kwiet u relax. Għax anki aħna kellna l-buzz words tagħna fi zmienna. Relax. Illum għandhom tagħhom hux, chillax u brow u x’naf jien. Anki meta konna mmorru Paceville, konna nafu nieħdu gost. Tiġini f’moħħi dik il-kanzunetta, ma nafx x’jisimha propja, tal-grupp Smokie. Niftakar li f’ħin minnhom waqt id-diska, id-DJ kien ibaxxi s-sound u ħalli d-dancefloor kollha tgħajjat: “Alice, Alice, who the fakk is-Alice”. Konna mqarbin ukoll.

Jien u nikteb bdew ġejjin il-memorji u tbissimt kemm kemm. Intfajt naqra lura fis-siġġu w tfajt il-pali t’idi wara rasi, biex nagħti ħarsa lejn dak li kont għadni kif ktibt. Tajjeb.

F’daqqa waħda, ir-relax kollu li kont fih ittieħed mingħandi b’ħoss li dewa mad-dar kollha. Ding dong! Ding dong, ding dong! U l-aħbeċ! Aktar ma kont ridt ftit ħin fil-kwiet biex nibgħat din lil Janice tal-Wan! U min il-marelli ġie? Mela dan ħin, wara l-ikla tal-Ħadd jew? U x’għaġġla! Ding dong, ding dong!

Aqra aktar

Dik l-imbierka bagalja!

L-Erbgħa segwejna l-inċident li seħħ ġewwa l-ajruport ta’ Dubai, fejn ajruplan tal-Emirates inħakem minn nirien ftit wara li niżel fl-ajruport. In-nirien ikkawżaw ħsara kbira, tant li inħolqot toqba kbira tul is-saqaf tal-ajruplan. Fortunatament ħadd mill-passiġġieri ma tilef ħajtu, għajr għall-ħaddiem wieħed tat-tifi tan-nar.

Madanakollu dan l-inċident seta’ wassal għal konsegwenżi ferm aktar serji. Mhux se nidħol fil-mertu ta’ x’seta’ kienet il-kawża tal-inċident (għal dan il-għan issir investiġazzjoni professjonali), pero żgur li l-passiġġieri kienu qed jipperikolaw ħajjithom stess. Għaliex qed ngħid hekk? Sa filgħaxija kienu diġa telgħu online amateur-videos juru s-sitwazzjoni waqt l-evakwazzjoni. L-atitudni ta’ wħud mill-passiġġieri ħallewni perpless u wrew kemm hawn min ma jirrealizzax il-periklu li qed jitfa’ lilu n-nifsu, u lil ta’ madwaru.

Aqra aktar

Oppożizzjoni inġusta u bi preparazzjoni għal kap ġdid

Dawn l-aħħar jiem rajna Oppożizzjoni li tipprova tilgħab bid-demokrazija u saħansittra xxekkel jew iddaħħal dubji dwar l-istituzzjonijiet f’pajjiżna. Din hija arma perikoluża ħafna li juża biss min huwa bla kuxjenza, bla skrupli u min ikun irid joħloq inċertezza.

Madankollu, li tilgħab din it-tip ta’ logħba, mhux biss ma turix li l-oppożizzjoni m’għandiex viżjoni għal pajjiżna, iżda turi oppożizzjoni li lesta wkoll tattakka l-integrità tan-nies.

Aqra aktar

Sibnielek wieħed Ann!

Kont nitħassarha qabel l-elezzjoni ġenerali. Ann Fenech, illum President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, kienet tkun inkwetata wisq li mhix se ssib wieħed. X’issib? Vapur tal-LNG.

Dakinhar it-tħassib ma kienx dwar il-kobor jew fejn se jsorġi l-vapur. Imma li ma kienx hawn. F’dagħdigħa li jiksreditaw il-proġett tal-enerġija propost tal-Partit  Laburista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kienu jsibu kull skuża.

Aqra aktar

It-triq għall-futur

Li tkun l-aktar Prim Ministru fdat fl-Ewropa huwa riżultat ċar tal-ħidma ta’ dan il-Gvern.  Prim Ministru fdat ma jitkejjilx bil-mod kif tilbes jew kif iżżomm il-figura, iżda jitkejjel bl-istabbiltà li jkun hawn fil-pajjiż, bil-ġid li jkun qed jinħoloq u bis-serħan-il moħħ li Gvern iġib fis-socjetà.

Żgur li minn meta ħa t-tmexxija f’idejh Joseph Muscat, l-affarijiet ma sabhom xejn sbieħ.  Il-baħar madwarna u l-maltemp ekonomiku, iħabbat kien u iħabbat baqa’.  Iżda dan il-Prim Ministru kien kapaċi jħares ‘l quddiem, jara l-potenzjal li għandu x’joffri pajjiżna, ixammar il-kmiem u jaħdem. Dan huwa Gvern li mill-ewwel ġurnata tiegħu fit-tmexxija kien determinat li jerġa’ joħloq fiduċja fin-nies lejn il-politiċi u l-politikanti.

Aqra aktar

Send this to a friend