Bloggers | One News - Part 2

Notifiki

Vizzju misħut

Fi Pjazza ta’ Karl Stagno Navarra nkixxfet ħadma oħra tal-media tal-Partit Nazzjonalista, u ċertament ħadma tal-Partit Nazzjonalista.

Il-video ta’ dawk li suppost huma ħaddiema tal-Bank Ċentrali jkantaw ‘Viva l-Labour!’ ma kienu xejn għajr l-aġenti tal-Partit Laburista jifirħu wara t-tħabbira tar-rizultat elettorali tal-2017 u dawk li dehru jiżfnu ma kienu xejn għajr żgħażagħ jifirħu f’diskoteka fi Spanja.

Bħas-soltu wara xi ħaġa hekk kien hemm il-Psewdo-ġurnalist Joe Mikallef.Aqra aktar

Beżżiegħ mhux iljun

Dan Godfrey Leone Ganado mhu xejn għajr beżżiegħ, kodard u minnu joħroġ biss ħdura. Inkun goff kemm inkun goff, lanqas biss inqareb xiber wieħed lejn il-mibegħda li għandu ġo fih għall-familja tal-Partit Laburista, għal kull min hu Laburist u Laburista u għal min ma jaqbilx miegħu.

Dan Godfrey huwa beżżiegħ mhux iljun skont kunjomu.

Mil-liema Università, jew waqt liema quddiesa semma’ jew tgħallem jattakka lil tifla, innoċenti, li tkellmet dwar dak li għaddew minnu ommha u missierha stess? Hawn xi tifla ta’ dak l-età u anke akbar, li d-dinja tagħhom ma ddurx mal-ġenituri?

Il-problema għal dan Ganado, hija li din it-tifla hija t-tifla tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Kif tista’ tgħajjar tifla, żatat, sempliċiment għax hija bint il-Prim Ministru, meta kienet qed tirrakonta dak li għaddiet minnu hi kawża ta’ gidba li ffabbrikew nies tal-istess pezza ta’ Ganado?Aqra aktar

Kap. 28 tal-Atti tal-Appostli

Ħassejt li Joseph Muscat ma kien komdu xejn bis-sitwazzjoni li nħolqot,  li żewġ vapuri tal-NGOs  ġabru xi nies fl-ibħra tal-Italja u baqgħu ġejjin hawn fl-ibħra  taghna.  Skont il-liġi internazzjonali,  r-responsabbilità kienet tal-Italja.  Sempliċi.  Fejn ikunu se jegħrqu u jiġu salvati,  hemm tidħol ir-responsabbilità tal-pajjiż li fl-ibħra territorjali tiegħu, ikun sar is-salvataġġ.

L-Italja nzertat agħar minna f’dan ir-rigward,  għax Lampedusa hija eqreb lejn l-Afrika milli Malta. Dan fatt ġeografiku.Aqra aktar

Konfoffa

Se ngħidha mill-ewwel biex tkun ċara, m’għandi l-ebda interess u ma rridx nidħol fl-affarijiet personali u familjari tal-Kap tal-Oppożizzjoni, dak jarahom hu flimkien mal-familja tiegħu.

Iżda rrid nagħmel referenza għal dak li qal ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, għax it-taħdida ma’ ġurnalista tan-NET li kellu kienet waħda surreali.

Kienet surreali mhux biss għax għamel 85% tad-diskors tiegħu jattaka lill-Gvern fuq il-Kultura, li llum hawn qbil ġenerali fil-pajjiż kemm fl-aħħar qed jingħata importanza lil dan is-settur, mhux għax fetaħ attakk fuq l-ekonomija li llum hawn qbil mhux biss fil-pajjiż, iżda anke barra minn Malta, li pajjiżna huwa minn ta’ quddiem f’dan ir-rigward, iżda surreali għax spiċċa biex waħħal f’Joseph Muscat, il-Gvern u l-Partit Laburista għall-attakki li huma ġejjin mill-Partit Nazzjonalista stess.Aqra aktar

Panettone jew Mince Pies?

F’survey li sar xi snin ilu minn rivista influwenti barranija fil-perjodu tal-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-sena ġew ikkuntattjati diversi ambaxxaturi minn pajjiżi differenti u ġew mistoqsija jesprimu x-xewqa tagħhom għal dan il-perjodu hekk sabiħ fil-kalendarju tas-sena.

L-ambaxxatur Amerikan wieġeb li xtaq jara aktar ftehim bejn il-pajjiżi tad-dinja.  Dak Ingliż xtaq li jkun hemm aktar armonija bejn il-Kontinenti. L-ambaxxatur Ġermaniż stqarr li kien jixtieq jara li tikber il-kuxjenza favur il-klima u l-konsegwenzi tat-tniġġiż fl-arja. L-ambaxxatur Taljan wera x-xewqa li jonqos il-faqar fid-dinja.  L-ambaxxatur Malti min-naħa tiegħu ġie kkwotat jgħid… Lanqas naf eżatt….naqra indeċiż bejn panettone jew mince pies!”Aqra aktar

Xkatlati

Illum 10 ta’ Diċembru, 2018,  għal xi 4.00pm kont ġej mill-Imrieħel u niġbed lejn il-Marsa. Sa ftit ilu bħal dan il-ħin kont issib it-traffiku staġnat,  u bil-kemm tista’ tgħaddi,  u ċlikki ċlikki.  U dan meta tagħżel it-toroq li huma magħrufin bħala regional roads,  li suppost iħaffu t-traffiku.

Illum nista’ ngħid bi pjaċir u sodisfazzjon li dak ix-xogħol li sar fit-toroq li jieħdu lejn in-naħat t’isfel ta’ Malta qed jissarraf fi traffiku aħjar,  u mhux biss fil-ħinijiet inkrepattivi bħal ma hu l-Erbgħa ta’ waranofsinhar u n-nies tkun sejra lejn id-dar.

U dik l-aħbar li dehret fuq one.com.mt hija minnha u n-nies jafuha bl-esperjenza tagħhom,  bħal ma ġiet l-esperjenza tiegħi llum stess.

Imma dejjem jibqa’ x’isir u ħażin jekk nistrieħu fuq il-kuruni tar-rand tal-glorja ta’ dak li sar,  għax  ir-rand malajr jinxef.

Fil-fehma tiegħi hemm bżonn li jkun hemm daqqa t’għajn lejn it-traffic lights, għax kultant f’ċerti inħawi joħoqlu problemi,  u mhux żgħar.Aqra aktar

M’hemmx warda bla xewk għal Adrian Delia

Il-Malti jgħid li m’hemmx warda li hija bla xewk, ifisser li kull ħaġa jista’ jkollha l-aspett mhux daqshekk pożittiv tagħha, minkejja li l-opportuntà taf tidher li hija sabiħa, sabiħa bħal warda.

Dan huwa proverbju li jidħol kexxun fil-każ ta’ Adrian Delia.

Miskin jipprova. Jipprova, imma ma tistax tiġih waħda li hi waħda tajba.Aqra aktar

Aktar servizzi governattivi mill-mobile

Fil-jiem li għaddew, is-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Mario Cutajar nieda 26 mService ġdid. Dawk li mhumiex midħla tat-teknoloġija jistaqsu; imma dawn lili kif jinteressawni! U llum se ngħidilkom għaliex.

L-aċċessibilità ta’ servizzi governattivi minn fuq il-mowbajl taf il-bidu tagħha sentejn ilu meta dakinhar tnediet strateġija mmirata li tintroduċi dawn is-servizzi fuq il-mowbajl.Aqra aktar

Ġurnaliżmu investigattiv

Ili bid-drawwa li nsegwi l-programm Report fuq RAI 3 sa miż-żmien li kienet tmexxih Milena Gabanelli. Kien jolqotni għaliex jagħmel ġurnaliżmu investigattiv bis-serjetà, u kienu jolqtu l-musmar fuq rasu. Ma kinux jehdew bil-korniment, bil-qrejjen, bl-ilwien tal-ilbies u l-moda, u kemm dik u l-oħra hija kerha. Ma kinux joqgħodu l-anqas fuq l-għajdut imma kienu jmorru bil-mikrofonu u l-camera u jagħmlu l-mistoqsijiet, u fuq kollox iġibuhom quddiem għajnejk. Aqra aktar

Send this to a friend