Bloggers – Page 16 – One News

Notifiki

Tkellem l-eks President tal-Qorti

L-eks-President tal-Qorti  li llum huwa Imħallef għas-sentejn li ġejjin fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem,  ta intervista lit-Times of Malta.  Ħalli nagħmilha ċara.  Jien ma ddoqqli xejn li Imħallef ta’ Malta jagħti intervisti,  għax dak li għandu jgħid Imħallef jew Maġistrat huwa fis-sentenzi u mhux f’messaġġi  lill-istampa.
Aqra aktar

Ħadd wara Ħadd tasal ta’ kulħadd…

Sinċerament minkejja li issa reġa’ beda l-futbol fuq it-televixin xorta waħda m’hemm xejn isbaħ milli tiftaħ borża popcorn jew naqra karawett u toqgħod taqra u tara dak li għaddej l-istamperija, jew dak li fadal minnha.

Sitwazzjoni fejn eks-Deputati tal-PN jibgħatu r-ritratti lill-blogger tal-ħdura li issa hemm ħafna fil-PN li qed iduqu ftit minn dak li ilhom iduqu bosta Laburisti għal snin twal, fuq delegati tal-PN stess. Sitwazzjoni fejn għaddejjha kampanja ċara u b’għanijiet aktar ċari biex ikun imminat Adrian Delia mit-tellieqa, tant li nħatar ‘kumitat fallaċi’ immexxi mill-mentor ta’ Simon Busuttil, Louis Galea u l-eks-pro-Rettur Maryanne Lauri li ħadmet tant ma’ Busuttil spalla ma’ spalla sa ftit xhur ilu u li se jagħtu risposta huma dwar il-futur ta’ Delia stess.

Aqra aktar

Il-poplu Malti huwa għaref fl-għażliet tiegħu

Il-pantomina li qed isseħħ ġewwa d-Dar Centrali u l-kummiedji kbar li huma għaddejin fil-Partit Nazzjonalista juruna biċ-ċar li dan il-poplu huwa għaqli ferm fl-għażliet tiegħu.

Il-poplu Malti ma tiċċajtalux bil-futur tiegħu u lanqas ser iħallik tgħaddieh minn għajn il-labra.  Huwa għalhekk li fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-poplu Malti reġa’ għamel għażla għaqlija u għażel li jaghti maġġoranza ikbar lill-Partit Laburista.  Dan mhux b’kumbinazzjoni iżda għaliex il-poplu Malti nduna li fl-aħħar erba’ snin immexxija minn Joseph Muscat, pajjiżna qabad id-direzzjoni li għal ħafna snin kien mixtieq minnha. Ghalhekk, il-gideb kollu u l-ħmieġ li ppruvaw jitfgħu fuq il-Gvern, ġiehom kollu f’wiċċhom għaliex l-għażla kienet waħda ċara aktar minn qatt qabel fl-istorja Maltija.
Aqra aktar

L-GĦADU

Dak li qed jaspira li jkun kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qalha ċara. Għalih, il-Partit Laburista huwa l-għadu. 

Għalkemm kien hemm min fil-passat qal li xi ħadd jista’ jkollu ‘wiċċ ta’ Nazzjonalista’ u li d-DNA tal-Laburisti huwa differenti, issa Delia ħareġ ċar jiddikjara li l-Laburisti huma l-għedewwa. Fi kliemu stess:

“L-għedewwa tagħna mhumiex aħna, huma hemm barra, il-Partit l-ieħor. Żommha f’moħħok.”

Sfortunatament għalih, dan kellu jgħidu fid-Dar Ċentrali, fejn l-Kunsill Amministrattiv talPN iltaqa’ b’urġenza biex jiddiskuti l-allegazzjonijiet tal-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia fil-konfront tiegħu. 

Aqra aktar

Adrian Delia mar l-aħjar

L-aħjar li mar minn dawn l-attakki ta’ Daphne Caruana Galizia fuq Adrian Delia ma kien ħadd għajr l-istess Adrian Delia. F’dan l-istadju lanqas irrid nidħol fil-mertu ta’ jekk dak żvelat fuq Delia hux minnu jew le. Li mhux mill-ħelwin u rett daqskemm jilgħabha ilna nafuhiżda l-esperjenza urietna li l-iistejjer li toħroġ Caruana Galizia wieħed irid jgħarbilhom b’seba’ mitt għajn għaliex anke fejn ikun hemm nitfa verità tant tispara bl-addoċċ biex tweġġa’ u tilħaq l-għanijiet tagħha li mbagħad fatt jinbidel f’gideb esaġerazzjonijiet

Fil-fattfil-gazzetta KullĦadd ilbieraħ kwotajt kunsillier minn Għawdex li qalli proprju dan. Tant li Chris Said jinsab imħasseb li jista jkun hu li jbagħti minn dan kolluTgħiduli allura għaliex Chris Said għaliex ma joħroġx qattabla ħabel kontra Caruana Galizia. Ċarangħid jien. Anke hu andu x’jaħbi.

Aqra aktar

Potenzjal mhux utilizzat biżżejjed

In-numru rekord ta’ turisti li jżuru pajjiżna huwa xhieda tal-prodott ħolistiku tajjeb li noffru bħala pajjiż. Il-lukandi, ristoranti u servizzi relatati mal-ospitalità kollha għamlu qabża ‘l fuq fil-kwalitá u li anki jitgawda mill-poplu Malti inġenerali meta jagħmel użu minn dawn is-servizzi. Però nħoss li wasal iż-żmien li nħarsu lejn niċċa oħra li dan il-pajjiż għandu x’joffri lit-turist, u anki lill-poplu lokali – il-potenzjal tal-kampanja Maltija, u l-ġmiel li toffri. Diġà hawn siti onlajn, kif ukoll kotba għall-bejgħ, li jirreferu għall-ammont żgħir ta’ mixjiet fil-kampanja jew irħula. Però dan m’huwiex biżżejjed fid-dinja tal-lum.

Aqra aktar

Marlene tal-Malta rekords!

Ħafna jitkellmu fuq Marlene Farrugia. Min ifaħħarha, min imaqdarha. Iżda ħadd għadu ma ferħilha tar-rekord li kisret!

Ir-rekord m’għandux jaqsam mal-platti tal-Banda li tant huma għal qalbha, (anke lili jogħġbu) Marlene Farrugia kisret rekord ieħor.  Farrugia hija l-unika persuna f’Malta li rriżenjat minn tliet partiti differenti. Mhux milestone?Aqra aktar

Game of Thrones

Min ma jafx bis-serje popolari Game of Thrones? Serje bbażata fuq ktieb li jitratta l-ġlied bejn familji b’saħħithom mimlijin Rejiet, Reġini, nies onesti u giddibien u li jagħmlu l-bsaten fir-roti lil xulxin sempliċiment sabiex jiksbu aktar poter.

Għalkemm miniex xi wieħed li jogħġboni films jew serje mimlijin fantaxjenzi u żinnijiet, qrajt naqra dwar xiex inhu bbażat dan il-ktieb għax il-hype fuqu huwa wieħed kbir.

Aqra aktar

Il-Qorti… tal-Kavallieri

Meta ġie Maitland f’Malta, beda jagħmel it-tibdil fis-sistema tal-Qrati speċjalment fil-Qrati Kriminali. Is-sistema kienet ħażina u ma kien l-ebda konsiderazzjoni għal min ikun akkużat. Il-poplu Malti għandu bżonn jifhem illi min ikun akkużat għad ma jkollux sentenza fuq rasu, u allura daqs kemm hemm ċans illi jinstab ħati daqstant ieħor ikun hemm ċans illi ma jkunx ħati.  U l-istejjer mhumiex bilfors kif jidhru fil-ġurnali, għaliex il-ġurnal iġib fil-qosor u ma jistax iġib dak kollu li jkun qed jiġri fl-Awla. Aqra aktar

Il-qligħ tal-Knisja

Il-Knisja Maltija jidher li daħlet ewro sewwa s-sena li għaddiet. Wara snin ta’ problemi finanzjarji, għall-aħħar sentejn il-Kurja Maltija rrapportat aħbarijiet pożittivi dwar il-kotba finanzjarji tagħha. Dan riżultat tal-fatt li l-Arċisqof ta prijorità l-amministrazzjoni tal-istituzzjoni li jmexxi u għalhekk hemm il-frott. Naturalment ma jonqsux ir-reazzjonijiet fuq il-midja soċjali meta toħroġ xi ħaġa hekk. “Mhux suppost jgħixu fil-faqar,” hemm min jgħidlek. “Ġesu ried Knisja li tgħin lill-batut,” jiktbu oħrajn b’ċertu sens ta’ stmerrija. 

Aqra aktar

Send this to a friend