Bloggers – Page 11 – One News

Notifiki

Ġid li qed jasal għand kulħadd

Ħafna mill-aħbarijiet li nisimgħu, jintesew mil-lum għal għada.  Imma dan ma jgħoddx għal kulħadd.  Għax ikun hawn min li ċerti aħbarijiet jagħmlulu differenza kbira f’ħajtu. Eżempji nista’ nagħti bil-bosta, imma se nillimita ruħi għal dak li rajna jew smajna f’dawn l-aħħar ġimgħat.

 

L-ewwel eżempju:  Investiment ta’ tmien miljun ewro f’laboratorji ġodda fl-iskejjel sekondarji kollha ta’ Malta u Għawdex. Mhix ċajta.  Meta l-istudenti ta’ dawn l-iskejjel jerġgħu lura fil-ftuħ tas-sena skolastika li jmiss, se jsibu laboratorju ġdid. Permezz ta’ dawn il-laboratorji, l-istudenti se jkunu jistgħu iħejju ruħhom aħjar għall-ġejjieni tagħhom għax se jingħataw l-opportunità li jmissu b’idejhom dak li se tkun qied tistenna mingħandhom l-industrija. Se jħejju l-istudenti biex ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar għażla meta jiġu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

 

It-tieni eżempju: Impjant ġdid tan-New Water f’Ras il-Ħobż, Għawdex.  Dan huwa t-tieni impjant wara li kien sar wieħed simili fil-Mellieħa li minnu qegħdin igawdu l-bdiewa tal-inħawi.  U mill-impjant ta’ Għawdex, se jgawdu l-bdiewa Għawdxin kollha għax l-ilma jintuża għat-tisqija tal-frott u l-ħaxix li issa jistgħu jitkabbru s-sena kollha

 

It-tielet eżempju:  Eżempju li wkoll  jolqot lill-Għawdxin. Ftuħ ta’ berġa ġdida fix-Xewkija.  Uffiċċju ġdid tal-Pharmacy of Your Choice.  Miexi x-xogħol fuq ċentru tas-saħħa ġdid fir-Rabat. Ma nahsibx li għandi għalfejn nispjega kif se jgawdu l-Għawdxin kollha minn dawn il-proġetti.

 

Ir-raba’ eċempju: Ftehim bejn il-Gvern u għaqdiet volontarji tal-Knisja, għaqdiet li joffru għajnuna lil numru ta’ nies vulnerabbli. Dawn l-għaqdiet ingħataw eluf ta’ ewro biex ikunu jistgħu jkomplu bil-ħidma siewja li qegħdin iwettqu.

 

Nista’ nibqa’ nġib eżempju wara ieħor.

Imbagħad jiġi Adrian Delia u jistaqsi min qed igawdi mill-ġid li qed jinħoloq fil-pajjiż! Dawn kollha huma eżempji li juru li l-ġid qiegħed jitqassam fost kulħadd.

Strabiżmu

Strabiżmu hija dik is-sitwazzjoni tal-għajnejn li flok iħarsu paralleli għal xulxin,  ikunu daru u jħarsu u jiffukaw fuq punt wieħed.  U hekk qed jigri lill-ġurnalisti u taparsi politikanti li għandna mas-saqajn.   Għax sirna qisna team tal-futbol.  Biex nilgħabu l-logħba tal-politika f’Malta,  iridu jġibu dejjem il-players minn barra,  ħalli jilgħabu l-logħba tagħhom.

Aqra aktar

Ma nistax noħroġ tqil…

Meta jibdew il-kruċjati warrab wiċċek.  L-aħħar li smajt kienet kawża kostituzzjonali li l-Avukat Tonio Azzopardi għamel f’ismu.  Jien qrajt ir-rapport tat-Times online, u jingħad li qed jilmenta fuq l-emendi tal-liġi dwar l-IVF u li tmur kontra l-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.

 

Jien bl-IVF u mingħajr l-IVF la ħrigt u l-anqas nista’ noħroġ tqil.   Ma nafx jekk l-Avukat Tonio Azzopardi hux qed jitħajjar joħrog tqil, imma ma jridx bl-IVF jekk ma jirnexxilux.

 

L-anqas ma jien embrijun.  U naħseb li l-Avukat Tonio Azzopardi mhux embrijun.

 

Għaliex qed ngħid dawn iċ-ċuċati ?  Għax biex tagħmel kawża fuq drittijiet tal-bniedem kemm taħt il-Kostituzzjoni u kemm taħt il-Konvenzjoni Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem,  irid ikollok interess personali,  jiġifieri tintlaqat int personalment.

 

L-artiklu 116 tal-Kostituzzjoni jgħid hekk :  “116. Dritt ta’ azzjoni għal dikjarazzjoni li xi liġi tkun invalida għal xi raġunijiet ħlief inkonsistenza mad-disposizzjonijiet tal-artikoli 33 sa 45 ta’ din il-Kostituzzjoni tkun tappartjeni lill-persuni kollha mingħajr distinzjoni u persuna li ġġib azzjoni bħal dik ma tkunx meħtieġa turi xi interess persunali b’appoġġ għall-azzjoni tagħha.”

 

Dan ifisser li jekk inti ssemmi li l-liġi hija għal xi raġuni invalida,  tista’ tibqa’ miexi u tagħmilha ta’ paladin.  Imma mhux fejn jidhħu kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-artikli 33 sa 45,  jiġifieri jekk tkun kwistjoni ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem !

 

Issa jekk wieħed jara taħt il-Konvenzjoni Ewropea jsib l-istess.  Il-Kapitlu 319 tal-Liġijiet fl-artiklu 4 jgħid : “4. (1) Kull persuna li tallega li xi wieħed mid-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali jkun ġie, ikun qed jiġi jew ikun x’aktarx ser jiġi miksur dwarha, jew kull persuna oħra li l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta tista’ taħtar ad istanza ta’ xi persuna li hekk tallega, tista’, bla ħsara għal kull azzjoni oħra dwar l-istess ħaġa li tkun tista’ ssir legalment, titlob lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għal rimedju.”

 

L-enfasi hija fuq il-kelma “dwaru”.   Kieku jkun hemm persuna li sofriet vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali u tmut, allura uliedha jew l-armla jistgħu jmexxu bil-kawża.  Kien hemm kawża kontra Malta hekk. Imma mhux kull min ifettillu jqum u jwaddab kawża tad-drittijiet tal-bniedem.

 

Sentenza tal-Qorti Ewropea ta’ 3 snin ilu qalet:

 

“164. The Court has consistently held in its case-law that the Convention does not provide for the institution of an action popularis and that its task is not normally to review the relevant law and practice in abstracto, but to determine whether the manner in which they were applied to, or affected, the applicant gave rise to a violation of the Convention”   4/12/15 Zakharov v Russia.

 

Dejjem irid ikun hemm prova li jistghu jolqtuh personalment bil-ksur tad-dritt.

 

Għalhekk se nkun attent ħafna ħalli nara l-Avukat Tonio Azzopardi jkunx qed jipprova joħrog tqil.

Anna Gomez messha taqbad broxk f’darha

Se nġib rapport ta’ Transparency International fuq is-sitwazzjoni tal-Portugal,  minn fejn tiġi Ana Gomez, u fuq l-indħil dwar korruzzjoni.  Imma aqraw sal-aħħar ħalli tindunaw li anke fil-Portugal il-Prosekutur Ġenerali (l-ekwivalenti tal-Avukat Ġenerali) japprovah il-Gvern.

Aqra aktar

Sit wieħed għas-servizzi governattivi kollha

Melissa Vella Buhagiar hija ċ-Chief Operations Officer tal-aġenzija tal-Gvern servizz.gov li tiġbor fi ħdanha s-servizzi governattivi kollha. F’dan il-blog se tkun qed twassal informazzjoni dwar is-servizzi li joffri servizz.gov permezz tas-sit elettroniku servizz.gov.mt, permezz tal-ħames ċentri reġjonali tiegħu, u l-Freephone 153.

Aqra aktar

Irridu nkomplu nissalvagwardjaw il-Każini tal-Baned tagħna

Mhux xi sigriet li f’Malta għandna każini li bħalissa għaddejjin mill-burraxka ta’ problemi mas-sidien rispettivi, b’uħud diġa’ f’battalji legali u ħafna taqtiegħ il-qalb li jista’ jintilef il-post li għal ħafna huwa d-dar tagħhom, kważi aktar mid-dar proprja tagħhom.

Il-każini tal-Baned mhumiex il-każini tal-festi biss, ta’ ġimgħa waħda minn 52 f’sena. Il-każini tal-Baned huma parti sostanzjali mill-Kultura tagħna, ta’ dak li jagħmilna Maltin. Il-Każini huma espressjoni kulturali li ilu magħna għal ħafna u ħafna snin.

Il-każini tal-Baned kienu pjattaforma għall-maġġoranza assoluta tal-iprem Mużiċisti li għandna f’pajjiżna, li ħadu t-tagħlim mużikali senza interessi, kienu wkoll il-bidu ta’ ħafna persuni li jaħdmu jew kienu jaħdmu f’oqsma oħrajn kulturali hekk kif ħidmet il-każini hija waħda mifruxa ħafna.Aqra aktar

Nirrumblaw ic-ċuppitatu

Kif smajt l-aħbar li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel gwerra fuq il-plastic,  u bdew isemmu l-fliexken tal-ilma u s-soft drinks, ftakart f’Dione Borg jagħmel il-mistoqsija bħala ġurnalista Nazzjonalista,  u jipprova jitmejjel b’dak li kien qed jgħid il-Partit Laburista fuq il-fliexken tal-plastik.Aqra aktar

Send this to a friend