Bloggers | One News

Onestament giddieb

Tista tidher qaddis. Tista tilgħaba ta’ ġenwin imma ma tistax tidħak b’kulħadd il-hin kollu.

Din il-frażi ma jaċċettaħiex Simon Busuttil. Gie mfissed wisq tant li jemmen li jekk jogħġob lil min poggiħ fil-kariga jfisser li se jaqla premju. It-track record ta’ dan il-karattru politiku jitkellem waħdu…

L-ewwel job tiegħu kif ħareġ mill-bankijiet tal-iskola kien t’avukat. B’kuntratti mgħoddija minn bażużli lil avukatin novizz. Ftit wara sar il-magħżul ta’ Eddie Fenech Adami biex imexxi l-propoganda mħallsa minn flus il-poplu lejn id-dħul ta’ Malta fl-EU. Illum kważi kważi jridna nemmnu li hu daħħalna fl-EU.

B’pożizzjoni preferenzjali bħal dik, ovvjament kien il-magħżul għall-elezzjonijiet tal-MEPs. Fi Brussel u l-bqija tal-bliet ewropej li wieħed kien isibu jitfissed fihom seta jipproġetta dehra ta’ qawwa imma din il-bużżieqa nfaqgħet hekk kif intagħżel bħala d-Delegat speċjali ta’ Lawrence Gonzi. Iwiegħed appuntamenti lil kulħadd imma anke hawn issib ħafna jgidbuh.

Għall-ex Prim Ministru, Busuttil dejjem tpenġa bħala superstar. U ngħiduha kif inhi, hekk trid tkun biex tgħaddi ħajtek tpappiha ghax jieħu ħsiebek ħaddieħor. Biss ir-riżultati meta jsib l-iebes jibqgħu staġnati sakemm ma jsolvilux ħaddieħor. Bl-għajta kollha tal-istillel madwaru f’kull sens, laħaq Viċi Kap. Id-diskorsi diżastruzi tiegħu fil-meetings kienet ir-risposta għal fiduċja li ngħata.

Aqra aktar

Next door to Alice

Il-bieraħ, ilkoll kemm aħna rajna l-istorja tinkiteb għal pajjiżna. Kien jum storiku fuq diversi aspetti – l-ewwel surplus f’ħamsa u tletin sena ikkonfermat b’valur ta’ mitt miljun ewro, u l-qalba mill-użu tal-Heavy Fuel Oil għall-gass fil-ġenerazzjoni tal-enerġija ġewwa l-impjant ta’ Delimara.

Bħala resident minn Birżebbuġa, il-pjan tal-Gvern fis-settur tal-enerġija kien t’interess kbir għalija kif ukoll emozzjonali.

Dak li seħħ kien pass importanti għalina u għar-residenti tal-madwar. Il-qalba mill-HFO għall-gass se tħalli biss impatti pożittivi kemm mill-lat ambjentali kif ukoll mill-lat estetiku. Fl-aħħar nistgħu ngħidu li Malta għamlet qabża pożittiva fil-kwalità tal-arja għall-poplu tagħħa, b’mod speċjali għalina r-residenti tan-nofsinhar. Ukoll dan ifisser li ċ-ċumnija, li drajt nara minn tfuliti sal-ġurnata tal-lum, issa twaqqfet milli tkompli tarmi gassijiet perikolużi u li l-użu taghħa issa huwa inutli. B’hekk, din se tkun qed titwaqqa’ u nieqfu naraw struttura kerha tiela’ lejn is-sema.

Aqra aktar

San Girgor

Għal ħafna, festa…speċjalment għal min hu bħali Xlukkajr b’għeruq miż-Żejtun. Kollox minn hawn beda…ta’ dari ħelsu mill-pesta u għadna niċċelebraw il-wegħda li għamlu sa llum!

Ta’ tifel li kont dejjem emmint li San Girgor kien il-padrun tal-Maltin, sa ma fhimt l-istorja. Ma tagħtiniex tort. It-tgergir huwa parti min-nisġa tagħna. Il-Pesta erbaħnilha imma din il-karrateristika nemmen li tibqa magħna.

Ingergru bil-bard jew bi sħana. Ingergru kontra l-Gvern u kontra l-Opposizzjoni. Ingergru għax bla xogħol u wara ngergru mix-xogħol. Ma tikkuntentana qatt u ngergru dejjem.

Aqra aktar

Delivering Firsts

Mhix l-ewwel darba li semmejna miżuri li ttieħdu fl-aħħar erba’ snin u li mmarkajniehom għaliex spikkaw bħala tal-ewwel. Miżuri li f’pajjiżna saru għall-ewwel darba u f’ċerti każi poġġewna fost tal-ewwel fl-Ewropa. Dawn it-tip ta’ inizjattivi donnhom ma jieqfu xejn.

Għalhekk tassew kien għaqli l-messaġġ tal-Gvern fl-aħħar jiem meta f’konferenza tal- aħbarijiet wara oħra, deher l-islowgan Delivering Firsts.

Is-sabiħ hu li dan hu iktar minn slowgan u għalkemm dawk imħabbra fl-aħħar jiem forsi ma jiġbdux l-għajn bħall-miżuri l-kbar bħaċ-child care b’xejn u r-roħs l-kontijiet tal- enerġija, ilkoll kienu aħbarijiet pożittivi.

Pożittivi għax jagħmlu differenza l-ħajja tan-nies. Pożittivi għax ifissru xi ħaġa konkreta għal dawk li għada filgħodu, jew saħansitra llum, ikunu ħarġu mid-dar biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom.

Aqra aktar

Aħwa Maltin

Min jemmen u min le. Min jiskrupla jew jitkaża u min jiġi jaqa u jqum. Is-soċjetà tagħna kull ma jmur tkompli ssir metropolitana.

Hemm min iħoss li din hi theddida tat-tradizzjoni tagħna jew saħansitra tal-identità tagħna. Hemm imbgħad min jara dan il-fatt bħala evoluzzjoni ta’ identità.

Personalment nistqarr li l-identità ta’ kull Malti hi individwali. Fis-sens li anke jekk kollha Maltin, xorta uniċi fl-identità tagħna. Għaliex dak li jagħmilni Malti mhuwiex il-ktieb jew il-festa. Inkella l-pastizz jew iz-zekzik. Jagħmilna Maltin ukoll ix-xogħol, l-imħabba lejn l-ambjent li ngħixu fih u l-valur li ngħatu lill-art twelidna kemm mal-barrani u magħna nfusna.

Aqra aktar

Tieħdux l-eżempju tagħha

Il-ġimgħa l-oħra laqatni diskors u appell li għamlet id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono fuq ix-xogħol u ż-żgħażagħ waqt li kienet qed titkellem fil-konfort tal-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Ma xebax bil-bezzun tal-AirMalta

Dan l-imbierek bezzun tal-AirMalta ma qalax kwistjonijiet biss fuq id-daqs tiegħu għalkemm kien meħtieġ biex jitnaqqsu l-ispejjeż, spiċċa f’polemika ħabba Simon Busuttil u dan mill-Oppożizzjoni.

Mela l-Kap tal-Oppożizzjoni ftit jiem wara li tela’ bħala Kap tal-PN, mar jiġri għand l-imprendituri biex iħallsulu l-pagi tas-Segretarju Ġenerali u tal-Kap Eżekuttiv. Għamilha hu biss u għamilha waħdu.

Għamilha meta kien jaf li qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti. Għamilha fl-istess ħin li kien wiċċ imb’wiċċ mal-Gvern jitkellem dwar il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti u kif se tkun imtejba. Għamilha fl-istess ħin li kien beda u għadu għaddej bil-kantiliena tal-Governanza, trasparenza u onestà politika.

Aqra aktar

It-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel tal-istat

 

Matul dawn l-ahhar jiem qamet kontroversja rigward l-introduzzjoni tat-tagħlim tar-reliġjon Iżlamika fl-iskejjel. Qrajt diversi kummenti, uħud razzjali filwaqt li ohrajn patriottici jew saħansitra iżeffnu l-kultura u l-kostituzzjoni fin-nofs, jew ‘għax dejjem għamilna hekk qabel’, kważi ġlieda bejn iż-żewġ reliġjonijijet. Jien kontra din l-introduzzjoni ta’ tagħlim, mhux għax jien kontra l-Iżlam, iżda jien kontra li nibqgħu nagħlmu kwalunkwe reliġjon fl-iskejjel tal-iStat, u dan jinkludi t-tip ta’ reliġjon mgħallem bħalissa. Fl-istess waqt huwa tajjeb li xorta waħda jkun hemm għarfien bażiku tad-diversi reliġjonijiet u twemmin li hawn fid-dinja mhux bħala indottrinazzjoni imma bħala “general knowledge”.

Ma nħossx li l-iskejjel għandhom jibqgħu b’sistema patrijarka fejn l-istudenti huma esposti għall-lezzjoni ta’ reliġjon waħda.

Jien favur li dan is-suġġett ibiddel il-portafoll tiegħu, fejn il-kontenut ikun imqassam fuq perjodi ta’ diversi snin, b’mod progressiv, li jkun immirat sabiex jiżviluppa lill-istudenti għall-ġid tas-socjetà. Dan jista’ jintlaħaq billi jkunu diskussi materji ta’ etika, morali u anki spiritwalità tal-individwu.

Aqra aktar

Ras imb’ras?

In-numri kulħadd jinterpretahom kif irid u dak li sa ftit snin ilu kien ikun deskritt bħala rebħa elettorali kbira issa hawn min irid jgħid li hu ras imb’ras. ‘Photofinish’ kien hawn min qalilna darba.

Sena qabel l-elezzjoni ġenerali l-Maltatoday ippubblikat stħarriġ minn tagħha u ħafna kkummentaw kemm baqa’ b’saħħtu l-Partit Laburista u iktar minn hekk il-mexxej tiegħu. Oħrajn kellhom interpretazzjoni kemxejn differenti, anke jekk biex waslu għaliha kienu xi ftit kreattivi.Aqra aktar

Send this to friend