Busuttil jilmenta, Juncker u Sefcovic iwiġbuh | One News

Busuttil jilmenta, Juncker u Sefcovic iwiġbuh

Mhux kuntenta b’aħbarijiet pożittivi għal Malta, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fi stqarrija qalet li  hija diżappuntata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Bil-fatti kollha quddiemha, din tal-aħħar għażlet li tapprova l-Power Station.

Ir-rabja u d-diżappunt Simon Busuttil esprimihom fil-Parlament, quddiem il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarji l-oħra. Imdejjaq li l-proġett tal-enerġija issa għandu approvazzjoni oħra mill-Unjoni Ewropea, Busuttil qal li fiż-żewġ minuti allokati għalih, xtaq jgħid kemm in-nies huma diżappuntati fl-Unjoni Ewropea, inkluż fil-Kummissjon Ewropea.

Żied jgħid li l-poplu huwa “diżappuntat” meta l-viċi President tal-Kummissjoni indirizza konferenza tal-aħbarijiet ma’ “disgrace Minister”.

Pront wieġbu l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, li qallu “I couldn’t disagree more” – ċioè ma jistax ma jaqbilx aktar minn kemm ma jaqbilx. Wieġbu li l-Kummissjoni hija iffokata fuq affarijiet tal-Unjoni Ewropea, u mhux kompetenti fuq is-sistema Parlamentari tal-Istati Membri.

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Maros Sefcovic ukoll wieġeb lil Simon Busuttil billi qallu li mar l-impjant tal-gass għaliex huwa dwar arja iktar nadifa u kontijiet orħos.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss