“Simon Busuttil sour grapes”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li wara li l-Kummissjoni Ewropea tat l-approvazzjoni tagħha għall-proġett tal-enerġija, proġett li permezz tiegħu se jkun eliminat l-użu tal-heavy fuel oil u se jibda jkun użat il-gass għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, mill-ewwel kienet ukoll ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, li ħareġ ta’ xi ħadd li  wara li ma leħaqx l-għeneb qal li hu qares u attakka lill-Kummissjoni Ewropea għax iddeċidiet dak li ma jridx jisma’ hu.

Din hija reazzjoni ta’ rabja ta’ min ma fadallux argument wieħed x’jagħmel, qal il-PL.

Fl-istqarrija l-PL qal li huwa ċar li hemm fiduċja sħiħa kemm mill-poplu li jaf li se jibqa’ jħallas kontijiet irħas u se jkollu arja ferm aktar nadifa, iżda fiduċja anke mill-Kummissjoni Ewropea tant li l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u responsabbli mis-settur tal-Enerġija, Marcos Sefcovic sejjaħ dan il-proġett bħala “blueprint”, eżempju għal pajjiżi oħra.

Temm jgħid li minkejja dan il-Kap tal-Oppożizzjoni jinsab megħreq fin-negattività u l-bitterness għax ma jiflaħx jara lill-pajjiżna suċċess, tant li spiċċa attakka lill-Kummissjoni għax tat il-green light tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss