AĠĠORNATA BIL-FILMAT; “huwa reat kriminali u l-Pulizija obbligata tinvestiga” | One News

AĠĠORNATA BIL-FILMAT; “huwa reat kriminali u l-Pulizija obbligata tinvestiga”

“Dak huwa post pubbliku, mhux billi bejt privat. Anke jekk tkun fil-kamra tas-sodda tad-dar tiegħek u tħalli t-tieqa miftuħa, u jarawk, tiġi li qiegħed f’post pubbliku”.

Stqarr dan magħna l-ispettur Sandro Camilleri, wara li filmat ta’ żewġ persuni jagħmlu l-att sesswali fuq bejt ta’ dar f’Ħ’Attard sab ruħu fuq l-internet.

L-ispettur qal li huwa reat kriminali.

Spjega li jkun hemm ħafna każijiet ta’ indiċenza. Ikun hemm min, per eżempju, jagħmel il-bżonnijiet naturali tiegħu quddiem in-nies. Ġieli anke kien hemm parties fejn inqabdu nies jagħmlu l-att sesswali mal-art. Ikun hemm każijiet oħra fejn nies jagħmlu s-sess, mingħalihom fil-privat, u jarawhom il-ġirien. Jekk isir rapport, dan huwa reat kriminali.

L-ispettur Camilleri qal li l-Pulizija obbligata tinvestiga dejjem. “L-obbligu tal-Pulizija hu li jekk ikollha provi tressaqhom quddiem il-Qorti”. F’dan il-każ, il-Pulizija se titlob il-filmat oriġinali u timxi minn hemm.

Ta’ QabelLi Jmiss