Barrikati quddiem Bieb il-Bombi għas-sigurtà | One News

Barrikati quddiem Bieb il-Bombi għas-sigurtà

Transport Malta se twaħħal barrikati fis-central strip ta’ Triq Nazzjonali, l-Furjana biex tħeġġeġ lin-nies jużaw il-passaġġ taħt it-triq biex jaqsmu.

Minkejja l-passaġġ mibni apposta, bosta jagħżlu li jaqsmu numru ta’ korsiji b’mod perikoluż.  L-intervent ta’ Transport Malta huwa maħsub biex inaqqas ir-riskju t’inċidenti f’waħda mill-iktar toroq traffikużi f’Malta.

Uffiċċjali mill-Ministeru qegħdin inaddfu l-passaġġ kuljum u l-Ministeru waħħal kameras tas-sigurta’ biex itejjeb is-sigurta’ għal dawk li jużawh.

Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex joqogħdu attenti, iżommu mas-sinjali tat-traffiku u l-istruzzjonijiet tal-uffiċċjali fuq is-sit għas-sigurta’ tal-ħaddiema.  Ix-xogħolijiet biex jitwaħħlu l-barrikati se jibdew illeja u se jkomplu matul il-ġimgħa, bejn it-20:00 u t-03:00 kull lejl biex inaqqsu l-inkonvenjent.  It-triq mhix se tingħalaq.

Ta’ QabelLi Jmiss