Azzopardi sebaħ iħuf l-Excelsior

Ix-shadow Minister tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi, bakkar u mat-tmienja ta’ dalgħodu kien diġa’ qiegħed fil-lukanda Excelsior fejn għaddew il-lejl ħafna mill-membri tal-Kummissjoni Ewropea li hawn f’pajjiżna. Hemm ukoll numru ta’ ġurnalisti barranin li ġew jirrapportaw dawn l-avvenimenti importanti.

Għidnilkom ftit tal-ġimgħat ilu, meta daħal jiddefendi lil tal-hijack, li ma jitlifx okkażjoni waħda biex jidher u l-preżenza tiegħu dalgħodu għokrot għajnejn persuni li kienu hemm u li rawha kumbinazzjoni ħelwa wisq li Jason Azzopardi sebaħ f’din il-lukanda fl-istess jum li kien hemm Jean Claude Juncker.

Kumbinazzjoni Azzopardi kien hemm ftit tal-ħin qabel il-President tal-Kummissjoni Ewropea kellu jerħilha lejn il-Palazz tal-President mal-Kummissarji tiegħu.

(Naturalment kafè ħa, għax il-Lowenbrau telqet bl-irħis!)

Ta’ QabelLi Jmiss