Trischia Falzon | One News - Part 9

Trischia Falzon

Notifiki

Il-PN se jappoġġja n-nomina ta’ George Vella – il-PL jilqa’ l-pożizzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ħabbar f’laqgħa politika fil-Mosta li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jappoġġja n-nomina ta’ George Vella għall-President tar-Repubblika. Huwa ħabbar din id-deċiżjoni fi tmiem laqgħa tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li ddiskutiet in-nomina ta’ Vella bħala l-għaxar President ta’ Malta.

Fuq Twitter, il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ d-deċiżjoni tal-Oppożizzjoni li tivvota favur in-nominazzjoni ta’ George Vella, u qal li m’għandux dubju li huwa l-persuna idonea għal din il-kariga u li se jkompli jgħaqqad lill-pajjiż.Aqra aktar

ARA: Sajjieda f’San Ġiljan ibatu r-riperkussjonijiet tal-maltemp… sodisfatti bil-kumpens li se jagħtihom il-Gvern

Is-sajjieda fl-inħawi ta’ San Ġiljan tgħoddhom fuq ponot subgħajk, iżda l-għajxien tal-ftit li hemm jiddependi ħafna fuq il-baħar u l-qabdiet waqt is-sajdiet ta’ kull għodwa.

Għaldaqstant, id-danni li sofrew fl-opri tal-baħar tagħhom wara l-grigalata ta’ disat ijiem ilu b’xita qalila u riħ b’qawwa ta’ rifnu, tfisser ħajja jew mewt.

Biswit id-dgħajsa mkissra li mliet il-ħajja tas-sajjied Joe Caruana għal dawn l-aħħar għoxrin sena – li waqgħetlu żokortu jtella’ x-xbieki u jistad, huwa spjega li r-riħ tant kien qawwi li kaxkar l-opra tal-baħar tiegħu – li tiżen xejn inqas minn tnax-il tunellata.

Joe Caruana qal “Dik id-dgħajsa għalija la żarbun ma nixtri xejn. Niddobba mingħand oħti għax dik għalija anki biex inħares lejha hemm ukoll biżżejjed dik ix-xewqa tiegħi. Hawn min għandu żiemel jew karozza, jien immur darbtejn nistad biha. Dik titla ġo fiha għandha kollox television, toilet, fejn issajjar, dak il-hobby tiegħi.”  Aqra aktar

Investiment f’apparat ta’ €3 miljun biex aktar nies ikunu jistgħu jagħtu d-demm

Ġie aġġudikat il-kuntratt ta’ apparat li jiswa aktar minn tliet miljun ewro; li se jissarraf f’tagħmir ġdid għall-Bank tad-Demm, u se jwassal biex fix-xhur li ġejjin, aktar nies ikunu jistgħu jagħtu d-demm.

L-apparat tal-aħħar teknoloġija magħruf bħala NAT Testing – li mistenni jasal f’pajjiżna tmien ġimgħat oħra – janalizza u jaqbad kull tip ta’ kundizzjoni li donatur jista’ jkollu.

It-tabiba tal-Bank Nazzjonali tad-Demm Dr. Denise Borg Aquilina spjegat li dan l-apparat huwa aktar sensittiv u avvanzat mit-testijiet li jsiru llum, u bih se jelimina l-problema tad-donaturi li ma jkunux jistgħu jagħtu d-demm għax isiefru f’ċertu pajjiżi.Aqra aktar

Miċħuda storja giddieba tal-PN dwar pożati mal-ikel fl-Isptar Mater Dei

Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon ċaħad kategorikament storja ppubblikata t-Tlieta fuq il-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista.

L-artiklu rrapporta kif il-pazjenti fl-Isptar Mater Dei qed jintalbu jieħdu l-pożati magħhom mid-dar, wara li skonthom, il-Gvern iddeċieda li b’effett immedjat ma jagħtix aktar pożati tal-plastik mal-ikel lill-pazjenti.

Iżda filmati u ritratti li ġibed ONE News fl-istess jum li l-ġurnal ħareġ b’din l-istorja giddieba, juru mod ieħor.Aqra aktar

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b’aktar minn 30,000 talba għall-għajnuna f’sitt snin

Mill-2013 sal-2018, l-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wieġbu għal aktar minn wieħed u tletin elf sejħa.
Kważi kull sena jidħlu madwar ħamest elef talba għall-għajnuna, għalkemm iċ-ċifri juru li kull ma jmur is-sejħiet qed jiżdiedu.

Is-sena l-oħra, l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wieġbu għal aktar minn ħamest elef u sitt mitt sejħa, u fl-ewwel xahar ta’ din is-sena diġà daħlu aktar minn erba’ mitt sejħa.

Fatturi li skont id-Direttur ta’ dan id-Dipartiment Emanuel Psaila qed iwasslu għal dawn in-numri, huma ż-żieda fil-popolazzjoni, u aktar għarfien fost il-pubbliku.Aqra aktar

Send this to a friend